‘QOMT BIEX IMMUR NISTAD U D-DGĦAJSA MA SIBTHIEX’

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 4 сен 2020
  • ONE.COM.MT • Fl-ewwel servizz tal-lum se niltaqgħu ma’ Rodger Mangion minn Birżebbuġa li f’dawn l-aħħar jiem spiċċa ma jistax jagħmel il-passatemp li jħobb, li jmur jistad.
    Dan hekk kif żewġ immigranti li jgħixu f’Ħal Far serqu din id-dgħajsa u ppruvaw jaħarbu biha lejn l-Italja. Dawn tressqu l-Qorti tul il-jum fejn ġew ikkundannati l-ħabs.
    Id-dettalji f’dan l-ewwel servizz ta’ Eman Portelli.
    KITBA: EMAN PORTELLI
    FILMAT: ALEX BORG/ARKIVJI
    Qomt filgħodu biex immur nistad, u d-dgħajsa ma sibthiex hemm. Hekk qalilna bid-dmugħ f’għajnejh Rodger Mangion, li kmieni l-Ġimgħa filgħodu nsterqitlu d-dgħajsa tas-sajd li qatta’ ħafna minn ħajtu fuqha.
    Iż-żewġ immigranti li serqu d-dgħajsa u pruvaw jaħarbu biha lejn l-Italja tressqu l-Qorti s-Sibt filgħodu, ammettew għemilhom, u ġew ikkundannati l-ħabs.
    Irrakkontalna kif id-dgħajsa nsterqet mix-xatt tal-Qajjenza, u ż-żewġ Sudaniżi laħqu ħarbu biha sa’ tmien mili ‘l barra mill-kosta ta’ Birżebbuġa.
    Intebaħ b’kollox propju fit-tlieta tal-Ġimgħa filgħodu, meta fit-tlieta ta’ filgħod niżel ix-xatt għal dawra madwar il-portijiet ta’ Birżebbuġa u Marsaxlokk.
    RODGER MANGION
    SID ID-DGĦAJSA
    “Qomt filgħodu kmieni, ħa mmur nistad u ma sibtiex hemm …..”
    Qal kif huwa dar madwar Birżebbuġa jfittex mal-madwar forsi nqatta l-ħabel jew hekk u d-dgħajsa baqgħet fl-inħawi.
    RODGER MANGION
    SID ID-DGĦAJSA
    “Jiena imbagħad pruvajt nagħmel l-alumu tiegħi nipprova nfittxa, forsi nqatta xi ħabel jew xi ħaġa hekk għax għamlet dik in-naqa riħ imma mhux li jinqata l-ħabel żġur għax kellha ħabel nofs pulzier oħxon jiġifieri tużah fuq dgħajsa kbira. Mort nagħmel rapport l-għassa biex wara li fittixt, imxejt kwazi sal-freeport biex nara din id-dgħajsa fejn qegħda” (26 secs)
    Ishaq Adam ta’ tmintax-il sena u Adam Ibrahim Asab ta’ tlieta u għoxrin sena eventwalment inqabdu tmien mili ‘l bogħod mill-ibħra Maltin, hekk kif spiċċaw f’nofs ta’ baħar mingħajr petrol u d-dgħajsa waqfet.
    RODGER MANGION
    SID ID-DGĦAJSA
    “Ċempluli mill-għassa, qaluli li l-patrol boat sabitha tmien mili barra minn Malta, u għedtilhom tmien mili għedtilhom kif inhi ma jistax ikun bir-riħ ħarġet id-dgħajsa marret ‘il barra, meta suppost tidħol ‘il ġewwa, mhux titlaq ‘il barra u qaluli l-istorja”
    Is-Sibt filgħodu Ishaq Adam u Adam Ibrahem Asab tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, fejn ingħataw is-sentenza ta’ sena u tmien xhur ħabs u sena u xhur ħabs rispettivament.
    Fil-Qorti, il-presekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Lara Butters qalet kif il-Ġimgħa għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu, il-Forzi Armati ta’ Malta sabu din id-dgħajsa kienet f’nofs ta’ baħar. Ġie nnutat kif din id-dgħajsa li kienu fuqu kienet misruqa u ma kinitx dgħajsa li toħroġ diversi mili ‘l barra.
    B’weġgħa kbira, Rodger qal magħna kif din id-dgħajsa li tant qatta’ ħin fuqha u li ħadimha b’idejh stess ma tistax terġa tintuża hekk kif ġarbet diversi ħsarat kbar, minħabba li din id-dgħajsa ma tiflaħx tkun fil-baħar t’hekk barra.
    RODGER MANGION
    SID ID-DGĦAJSA
    “Tista tgħid l-istaġun moħli, ħa ngħidu hekk sakemm tirranġa waħda jew tixtri waħda u tagħmel”

Комментарии • 11

  • @benz4898
    @benz4898 3 года назад +7

    Kieku jien ingalhom jahdmu xoghol ta tbatija f xemx taqli il grieden sa ma jkollhom flus bizzejjed biex ihalsu dajsa gdida lil dan il povru ragel li ma jahti xej. Imbghad kif ihalsu ta emijlhom inkeccijhom darba ghal dejjem min Malta.
    U mela nitfahhom sena u nofs il habz paxxuti ?!! Il habs mhux dejjem tajjeb u mhux ghal kulhadd. Min jithoqlu ghar mil habs, ghandu jiehu li haqqu.
    Dal barranin slavagg m ghadniex xnambuhom pajjizna.
    Meta konna tfal, in nanniet u il genituri kienu jghiedulna, ghamilha ma min hu ahjar minnek. Issa dal kliem spicca ghax irridu u ma rridux, ikolna nghiexu ma dan iz zibel ta nies li hawn min jghiedilhom imsiken. Imsieken ahna li ghaddejjin min dan kollu u uliedna li jkollok ihabtu wiccom mal barrani biex Malta tibqa tal Maltin.

    • @charlesattard2126
      @charlesattard2126 3 года назад +2

      Prosit veru li qed tghid

    • @mariojspiteri
      @mariojspiteri 3 года назад +2

      Prosit din hi l-verita!

    • @benz4898
      @benz4898 3 года назад +1

      @@charlesattard2126 hekk hassejtha s sitwazzjoni

    • @benz4898
      @benz4898 3 года назад

      @@mariojspiteri hekk hassejtha is sitwazzjoni

  • @patrickgrixti8892
    @patrickgrixti8892 3 года назад +1

    dik id dghajsa ma tista tigi qatt lura. il valur taghha mhux flus. Prosit li l magistrat tefaghhom il habs imma li ddeportahom wara kienet tkun hafna ahjar.

  • @ronnies2840
    @ronnies2840 3 года назад +1

    The Maltese government should give him a new boat !

    • @moonhorse100
      @moonhorse100 3 года назад +1

      exactly epecially a frejgatina you can get one for 2000 euros .

  • @georgemifsud1425
    @georgemifsud1425 3 года назад

    thes is the well came you ceve to thes TASH AND THES THEY CEVE YOU BBACK IS HATED STAND BACK

  • @mariospiteri8561
    @mariospiteri8561 Год назад

    Twikkejna bl imbarazz 😡😡