KATEGORIKU FUQ IL-PROTESTA TAL-COURIERS

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 8 июл 2024
  • ONE.COM.MT • Waqt li kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet Parlamentari lbieraħ filgħaxija, il-Ministru Byron Camilleri tenna li l-allegat sfruttar ta’ couriers, li wassal għal protesta, għandu jiġi investigat, filwaqt li wissa kontra vendikazzjonijiet fil-konfront tagħhom.
    Camilleri staqsa wkoll dwar il-bżonn li kumpaniji, li jħaddmu, iġibu iżjed ħaddiema f’qasam fejn hawn diġà biżżejjed jaħdmu.
    KITBA: SAMUEL LUCAS
    FILMAT: PARLAMENT / ARKIVJI
    Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Byron Camilleri, sostna li l-allegazzjonijiet ta’ sfruttar ta’ xufiera li jwasslu l-ikel, inkluż b’pagi baxxi, għandhom jiġu investigati.
    Camilleri qal dan waqt li kien qed iwieġeb il-mistoqsijiet Parlamentari t-Tnejn proprju hekk kif ġie mistoqsi dwar l-aħħar żviluppi b’rabta mal-protesta li dawn il-ħaddiema għamlu fl-aħħar jiem.
    Fil-fatt, mal-400 ħaddiem, li jagħmlu konsenji tal-ikel fuq il-pjattaforma Bolt, strajkjaw minħabba dak li qalu li l-ħlasijiet tagħhom tnaqqsu fl-aħħar żmien bil-konsegwenza li ġie affettwat l-għajxien tagħhom.
    Il-Ministru Camilleri tenna hekk dwar din is-sitwazzjoni.
    BYRON CAMILLERI
    MINISTRU
    “Il-kumdità sabiħa, però mhux bi skaptu tal-ħaddiem u allura naħseb li issa għandu jkun investigat dak u wara anke jittieħdu d-deċiżjonijiet ulterjuri hekk ikun hemm il-bżonn tagħhom.”
    Dan fl-istess waqt li l-Ministru serraħ ras kull ħaddiem, li qed jipprotesta, f’każ li ssir vendikazzjoni talli qed isostni d-drittjiet tiegħu.
    BYRON CAMILLERI
    MINISTRU
    “Però ħa nkun ċar, Sur President, ara ħadd ma jgħaddilu minn moħħu li lil dawn il-ħaddiema, għax qed jipprotestaw, jista’ jneħħihom u japplika għal oħrajn ġodda, għax żgur bħala pajjiż, mhux biss bħala Gvern jew awtoritajiet, bħala pajjiż, naħseb żgur li għandna nieqfulhom u nieqfulhom bis-saħħa.”
    Il-Ministru responsabbli mix-xogħol spjega wkoll kif, matul il-jum tat-Tlieta, kellha ssir laqgħa bejn dawn il-ħaddiema, flimkien mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi, id-DIER, u l-JobsPlus.
    Sadanittant hu aċċenna għar-realtajiet il-ġodda li qed jgħaddi minnhom pajjiżna u tenna kif dan l-allegat sfruttament jista’ jitnaqqas jew jiġi eliminat ukoll billi jittieħdu deċiżjonijiet ibbażati fuq il-bżonnijiet tas-suq.
    BYRON CAMILLERI
    MINISTRU
    “Il-mistoqsija tkun, hemm lok għal aktar ħaddiema li jiġu minn barra biex jaħdmu f’dawn is-setturi? Meta jsir il-market testing f’dan ir-rigward hemm lok ta’ aktar? Għax l-opinjoni tiegħi hi li ma naħsibx li hemm bżonn aktar kemm jekk tara l-ammont ta’ Y Plates li hawn u kemm jekk tara l-ammont ta’ couriers li jġibu l-ikel lil kull wieħed u waħda minnha wara kollox.”
    B’rabta ma’ dan ukoll, it-Tnejn, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, Andy Ellul, innota li kien għad mhemmx rapporti jew ilmenti rreġistrati mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi.
    Fil-fatt, tenna li d-Dipartiment ilu proattiv u ma waqaf qatt jivverifika kemm ma’ min iħaddem kif ukoll mal-ħaddiema nfushom dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol.
    Dan anke fl-isfond ta’ liġi ġdida li daħlet fis-seħħ f’pajjiżna f’April tal-2023 li, permezz tagħha, pajjiżna sar wieħed mill-istati membri Ewropej li ta d-dritt ta’ paga minima lill-food couriers, flimkien mad-drittijiet oħrajn, bħal sick leave, bonuses statutorji u ħlasijiet għall-overtime.

Комментарии • 1