“QALB TAJBA” - ĦBIEB DWAR MIRABELLE FALZON

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 5 сен 2024
  • ONE.COM.MT •
    Mirabelle Falzon, ta’ 22 sena mis-Siġġiewi hija l-vittma ta’ traġedja li seħħet fejn il-baħar, fil-Munxar, fil-limiti ta’ Wied il-Għajn - meta allegatement ċeda xi blat, li waqa’ fuq il-vittma.
    Hekk kif tħabbret il-mewt tagħha, kienu bosta li għaddew il-Kondoljanzi tagħhom, filwaqt li ddeskrivewha bħala ‘qalb tajba’.
    “QALB TAJBA” - ĦBIEB DWAR MIRABELLE FALZON
    “Karattru tal-ġenn, dedikata u qalbha tajba.”
    Hekk ġiet deskritta, Mirabelle Falzon, ta’ 22 sena mis-Siġġiewi, li hija l-vittma tat-traġedja li seħħet il-Ġimgħa, għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar, fejn xi blat allegatament waqa’ fuqha, waqt li kienet il-baħar, il-Munxar, fil-limiti ta’ Wied il-Għajn.
    Wara li ddaħħlet fil-Bajja ta’ San Tumas, permezz ta’ dinghy tal-Protezzjoni Ċivili, iż-żagħżugħa bdiet tingħata l-kura minn tim mediku, immexxi minn Dr Jonathan Joslin, fejn ukoll beda jiġi amministrat kontinwament is-CPR.
    Fuq il-post kien hemm jassistu wkoll il-Pulizija, il-Forzi Armati ta’ Malta, u uffiċjali minn Transport Malta, li għamlu dak kollu li setgħu sabiex isalvaw ħajjet iż-żagħżugħa.
    Hi ttieħdet ftit wara bl-ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei, fejn sfortunatament tilfet ħajjitha ftit wara.
    Malli tħabbret il-mewt taż-żagħżugħa, kienu bosta li dlonk sellmu l-memorja tagħha, fosthom ħbieb, familjari u s-sieħeb tagħha.
    Ħuha Miguel, stqarr li oħtu kienet tagħti qalbha għal kollox, fiwaqt li qal li se jgħożżha sal-aħħar nifs ta’ ħajtu.
    Tal-istess sentiment, kien is-sieħeb tagħha, Keith Cutajar, li qal li hija kienet kollox għalih, u proprju għalhekk għamel minn kollox biex isalvaha.
    Huwa temm jgħid li ma jafx kif se jgħix mingħajrha.
    Sellmu wkoll il-memorja tagħha diversi kollegi kif ukoll l-Awtorità INDIS - fejn kienet taħdem il-vittma.
    Hawn hija ġiet deskritta mhux biss bħala ħaddiema dedikata, iżda wkoll bħala qalb tajba.

Комментарии •