IL-PN JATTAKKA LILL-VULNERABBLI GĦAL VANTAĠĠ POLITIKU

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 5 сен 2024
  • ONE.COM.MT • Dalgħodu waqt il-programm ta’ analiżi Paperscan, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, Roderick Galdes, innota sa fejn jasal il-Partit Nazzjonalista, li tella’ persuni jixdhu kontra l-familjari tagħhom għax ingħataw post tal-akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi, b’uħud kellhom jispjegaw it-tbatija li għaddejjin minnha b’rabta ma’ mard tal-kanċer.
    KITBA: NOLAN CAMILLERI
    FILMAT: ONE / ARKIVJI
    Il-Partit Nazzjonalista jasal li jattakka persuni vulnerabbli għal raġunijiet partiġġjani.
    Dan intqal mill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, Roderick Galdes waqt li kien qed jirreaġixxi għall-attakk tal-Partit Nazzjonalista fuq numru ta’ persuni li qalbu l-karta tal-identità tagħhom fuq postijiet tal-akkomodazzjoni soċjali fis-Siġġiewi li sejrin joqgħodu fihom.
    Galdes innota l-aġir insensittiv tal-Partit Nazzjonalista, il-Ħadd filgħodu waqt li kien qed jieħu sehem fil-programm ta’ ġrajjiet kurrenti, Paperscan fuq ONE.
    Il-Ministru Galdes spjega kif din is-sena qed tkun meqjusa bħala rekord għall-akkomodazzjoni soċjali hekk kif qed jiġu inawgurati numru ta’ proġetti li kienu nbdew fi żmien qasir minn Gvern Laburista.
    Rigward il-proġett tas-Siġġiewi, Galdes qal hekk.
    RODERICK GALDES
    MINISTRU
    “Il-blokka ħadet snin biex titlesta għax kien fiha diffikultajiet u issa ġiet finished u tlestiet kollha kemm hi. Qalu ġebel u saqaf, mhu veru xejn. Dan xhur ilu tlestiet din il-blokka u allura bħala proċedura normali, inti jkollok ir-residenti li ħafna minnhom ikunu jew ġo homes jew inkella m’ommhom u missierhom u allura qegħdin jimxu minn post għall-ieħor ħafna drabi anki fil-kera jagħmlulek anki xi sena f’dak il-post imbagħad sena f’post ieħor jippruvaw isibu l-aħjar kirjiet possibbli u dawn ġew intitolati housing soċjali.”
    Huwa spjega li bħala parti mill-proċess biex jidħlu fil-post tagħhom, jaqilbu l-karta tal-identità tagħhom anke għall-finijiet ta’ servizzi bħad-dawl u l-ilma.
    Madanakollu, l-Partit Nazzjonalista permezz tas-Segretarju Ġenerali, Michael Piccinino tella’ lil mitt persuna kkonċernati biex jixdhu fil-Qorti, inkluż persuna marida bil-kanċer, li deheret emozzjonata għall-aħħar hekk kif kellha tispjega ċ-ċirkostanzi personali tagħha li wassluha biex tkun intitolata post tal-akkomodazzjoni soċjali. Bl-esponenti Nazzjonalista, inkluż Karol Aquilina, bdew jippruvaw iċaħħduhom d-dritt għall-vot.
    Intant, l-Ministru Roderick Galdes, innota kif dan il-Gvern ma jarax kuluri partiġġjani, b’mod partikolari fejn jidħol dan il-qasam sensittiv.
    RODERICK GALDES
    MINISTRU
    “Imma li żbalja l-Partit Nazzjonalista, tajjeb li ngħidu, li ħaseb li dawn kollha Laburisti, hemm minnhom minn familji Nazzjonalisti għax aħna ma niddistingwuwx lin-Nazzjonalisti mil-Laburisti. Tellgħu wieħed jixhed li għandu parentela ta’ persuna li ħadu post minn hemmhekk biex jixhed kontra l-familja tagħhom. Daqshekk jasal il-Partit Nazzjonalista.”

Комментарии • 1