IL-JUM TAT-TĦABBIRA TAL-ELEZZJONI ĠENERALI

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 15 сен 2024
  • ONE.COM.MT • Wara t-tħabbira tal-elezzjoni ġenerali, il-Prim Ministru laqqa’ l-Kabinett u minn Kastilja mbagħad mar għand il-President ta’ Malta fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
    Insegwu l-mumenti ewlenin tal-ewwel jum tal-kampanja elettorali.
    KITBA: EMAN PORTELLI
    FILMAT: A. BORG / B. BONELLO / C. BORG
    Mat-tħabbira tad-data tal-elezzjoni ġenerali, mat-toroq prinċipali tal-pajjiż spikka l-messaġġ pożittiv ta’ Malta Flimkien.
    Il-messaġġ pożittiv għal futur ta’ pajjiżna beda jitwassal fuq il-billboards u banners.
    Il-faċċata taċ-Ċentru Nazzjonali wkoll bdiet tilbes il-libsa tal-kampanja elettorali tal-Partit Laburista.
    Wara l-messaġġ għal pożittiv ta’ pajjiżna minn fuq il-Fosos, il-Prim Ministru laqqa’ laqgħa tal-Kabinett ġewwa l-Berġa ta’ Kastilja.
    Għal din il-laqgħa kien hemm mistieden il-Grupp Parlamentari.
    Huwa u ħiereġ minn Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela kien flimkien mal-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar, u ntlaqa’ minn ċapċip kbir.
    Minn Kastilja l-Prim Ministru Robert Abela mar għand il-President ta’ Malta George Vella fil-Palazz ta’ Sant’Anton
    Dan sabiex tah il-parir biex ixolji l-Parlament u ġie ffirmat ir-Writ biex issir l-elezzjoni ġenerali.

Комментарии • 1

  • @clivepsaila9992
    @clivepsaila9992 2 года назад +1

    Kif l ghaziz pm kien ghand il president ahjar tah parir iehor biex itellaq lil Grieg lejn il Grecja. Kuragg reds Malta warajkom.