TIĠI FI TMIEMHA L-KONFERENZA ĠENERALI TAL-PL

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 17 сен 2024
  • ONE.COM.MT • Se nsegwu issa servizz li jagħti ħarsa lejn uħud mill-aqwa mumenti mill-għeluq tal-Konferenzax Ġenerali.
    KITBA: RUSLANA BARBARA
    FILMATI: ONE
    Fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista ġiet fi tmiemha l-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, li rat elezzjoni għal diversi karigi għoljin fi ħdan l-Amministrazzjoni tal-partit.
    Waqt l-aħħar mumenti li fih kienet għadha tokkupa l-kariga ta’ President tal-Partit Laburista, Dr. Ramona Attard tat merħba sabiħa lill-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela fost iċ-ċapċip tal-mijiet preżenti.
    Ramona Attard irringrazzjat lil dawk kollha li tefgħu isimhom għal xi kariga.
    Fil-bidu tal-attivita li rat l-għeluq tal-konferenza ġenerali, inżammet minuta silenzju għal dawk li ħallewna, fosthom Dr. Joe Brincat, Lorenzo Vella u Karl Gouder.
    Minn hawn imbagħad iċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista Brian Scicluna qara r-riżultati tal-elezzjonijiet li saru bejn il-Ġimgħa u s-Sibt u li fihom ħarġu jivvutaw 95% tad-delegati.
    “Ian Borg ikkonfermat Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament"
    “Dr Alex Agius Saliba huwa kkonfermat bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit"
    “Sciberras Alex huwa elett bħala President tal-Partit Laburista”
    “John Grech huwa elett Segretarju Internazzjonali tal-Partit Laburista”
    Huwa temm billi ħabbar it-tnax-il membru eletti, għall-Eżekuttiv Nazzjonali.
    Wara, Ramona Attard għaddiet ix-xettru lil Dr. Alex Sciberras, li għall-ewwel darba ppresieda l-konferenza ġenerali, bħala President tal-Partit Laburista.
    Huwa dar lejn Norma Saliba, li kkandidat ruħha għall-irwol ta’ President - f’kampanja ta’ ħbiberija - u stqarr li l-Partit għandu bżonnha.
    Il-President il-ġdid tal-Partit Laburista sellem ukoll il-memorja ta’ missieru, l-Imħallef Emeritu, Philip Sciberras.
    Huwa wkoll appella għall-għaqda, sabiex il-Partit Laburista jibqa’ l-akbar forza progressiva f’pajjiżna.
    “Mil-lum tibda l-ħidma li se żżomm dan il-Partit, l-akbar forza progressiva f’pajjiżna”
    Il-konferenza Ġenerali, li għaliha attendew ukoll membri tal-Korp Diplomatiku u rappreżentanti tal-korpi kostitwiti, temmet bil-kant tal-innu Malti.

Комментарии •