TRANSPARENCY INTERNATIONAL : “METSOLA MHIX EĊĊEZZJONI”

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 15 сен 2024
  • ONE.COM.MT • Transparency International iddikjarat li Roberta Metsola u kull President tal-Parlament Ewropew qatt m’għandhom ikunu esklużi minn xi regolamenti.
    Dan hekk kif rapport tas-sit awtorevoli Politico żvela nhar l-Erbgħa li Metsola, minn wara dahar kulħadd, eżentat lilha nnifisha minn regoli li hi stess imponiet fuq l-uffiċjali kollha taħtha dwar dikjarazzjoni ta’ konflitti ta’ interessi li jista’ jkollhom.
    Sar magħruf kif ir-raġel ta’ Metsola għandu interess qawwi fl-industrija tal-cruiseliners u hu meqjus bħala lobbyists ewlieni bi privileġġi, li oħrajn m’għandhomx, fl-istituzzjonijiet Ewropej.
    KITBA: GABRIEL PORTELLI
    FILMAT: ARKIVJI
    Id-Direttur u Kap tal-Politika ta’ Transparency International Nicholas Aiossa ddikjara mas-sit awtorevoli Politico li l-ebda President tal-Parlament Ewropew m’għandu raġuni biex jiġi eskluż minn regolamenti stabbiliti, eżatt kif irriżulta mill-iskandlu żvelat nhar l-Erbgħa li għadda fejn Roberta Metsola mponiet fuq kulħadd dikjarazzjoni obbligatorja ta’ konflitti ta’ interess, iżda mhux għaliha stess.
    Aiossa jargumenta li, jekk xi qraba ta’ uffiċjali jkunu involuti f’ħidma relatata ma’ regoli tal-Unjoni Ewropea, il-President tal-Parlament Ewropew ukoll għandha tkun ma’ dawk li tiddikjarah bl-aktar mod trasparenti f’ġieħ il-governanza t-tajba.
    Is-sit awtorevoli Politico kixef il-konflitt ta’ interess li Metsola għandha minħabba li żewġha, Ukko Metsola, għandu interess dirett u qawwi fl-industrija tal-cruiseliners, bħala rappreżentant tal-Grupp Royal Caribbean u hu meqjus bħala lobbyist b’saħħtu mal-istituzzjonijiet Ewropej.
    Politico żvela wkoll korrispondenza li tixhed kif Ukko Metsola ngħata appuntament ma’ Kummissarju Ewropew f’inqas minn tliet kwarti ta’ siegħa għall-ġimgħa ta’ wara, waqt li għaqdiet oħrajn tennew li hu normali għalihom li jistennew ix-xhur għal appuntamenti simili.
    Siti internazzjonali fl-aħħar sigħat, li rrapportaw dan l-aħħar skandlu ta’ Metsola, li wkoll kixef l-ipokrezija u d-double standards tagħha.
    Is-sit Ungeriż Magyar Nemzet ikkwota wkoll lill-Ombudsman Ewropew, Emily O’Reilly, fejn qalet li konflitt ta’ interess m’għandux għalxiex jiġi esplojtat biex ikun meqjus bħala problema.
    L-Ewroparlamentari Laburista Daniel Attard irrapporta dan il-każ ta’ Metsola u anke l-ħatra tar-raġel t’oħtha bħala Kap tal-Kabinett ġimgħa ilu mal-istess Ombudsman Ewropew.
    Sadanittant is-sit fl-Armenja, ABC Media, stqarr li l-konflitt ċar ta’ interess minn Metsola juri l-limitazzjonijiet tat-trasparenza fil-Parlament Ewropew u li hemm bżonn regoli u riformi ġodda fil-Parlament Ewropew.
    Kontra r-rapportaġġ kollu internazzjonali, f’pajjżina l-midja uffiċjali tal-Knisja ġiet akkużata li qed tipprova tiddefendi lil Metsola, waqt li attakkat lill-Membri Parlamentari Laburisti li vvotaw favur il-kodiċi ta’ etika li jeskludu lill-President tal-Parlament Ewropew mill-konflitti ta’ interess tagħha.
    Dan, anke jekk, kif żvela fir-reazzjoni tiegħu l-Kap tad-delegazzjoni Laburista u Viċi President tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi Alex Aguis Saliba, l-uniku li tela’ fil-plenarja għall-voti tal-membri Parlamentari kien biss il-kodiċi fl-intier tiegħu.
    Mill-artiklu ta’ Politico wkoll irriżulta li, mindu Metsola laħqet President tal-Parlament Ewropew sentejn u nofs ilu, ftit ħafna kellhom għarfien sew tax-xogħol li jwettaq żewġha Ukko Metsola.
    Fil-fatt, minn erbatax-il uffiċjal Ewropew, li ġew intervistati, tnejn biss kienu konxji li żewġha involut fl-industrija tal-cruiseliners.

Комментарии •