Joseph Farrugia | Is-sabiħ u l-ikrah tal-ħajja ta’ ġor-raba’ u ta’ ġewwa r-raħal (2023)

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 15 окт 2024
  • Nhar il-Ħamis 20 ta’ April 2023, fis-6.00pm fil-Librerija tal-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, Joseph Farrugia għamel taħdita dwar “Ix-xemx issaħħan, imma l-ebda borma ma tgħalli! - is-sabiħ u l-ikrah tal-ħajja ta' ġor-raba' u ta' ġewwa r-raħal.” Din it-taħdita mexxieha Ġużi Gatt u bħala parti mill-proġett tad-Dipartiment tal-Malti fuq It-Tradizzjoni Orali.
    Illum Malta kollha tista’ tgħid li saret belt waħda, ftit hawn min “għex il-ħajja tar-raħal” kif kienet snin ilu. Madankollu, mhux kollox hu mitluf. Joseph Farrugia għex ħajtu kollha fl-irħajjel tan-Nigret, li llum hu parti miż-Żurrieq. Għadu jiftakar sew il-ħajja ta’ tfulitu u f’ċertu sens, għadu jgħixha sal-lum.
    Hawnhekk Farrugia jgħaddilna tagħrif interessanti fuq il-ħajja tan-nies ta’ dari, tagħrif li għalina llum li qed ngħixu f’dinja mgħaġġla u għal kollox differenti minn ta’ qabilna, jista’ jgħinna biex nifhmu aktar il-karattru tagħna l-Maltin u minn fejn għaddejna biex wasalna fejn qegħdin illum.

Комментарии • 3

  • @supersilve
    @supersilve 8 месяцев назад +1

    Tahdita interssanti hafna u hadd pjacir nisma u nitghallem. Prosit lil Joe Farrugia li qasam l-esperjenzi tieghu. Insegwieh kuljum tista tghid meta jimposta grajjiet mid djarju tieghu fuq FB.

  • @mrcharliegrech1
    @mrcharliegrech1 6 месяцев назад

    vera interssanti

  • @josephbuttigieg7986
    @josephbuttigieg7986 Месяц назад

    It Timba!