INSEGWU T-TAĦRIĠ TAL-PULIZIJA QABEL IŻ-ŻJARA TAL-PAPA

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 5 сен 2024
  • ONE.COM.MT •
    Din kienet ix-xena li rajna hekk kif wasalna fiċ-Ċentru ta’ Taħriġ tal-Korp tal-Pulizija f’Ta’ Kandja hekk kif il-pulizija tal-Ispecial Interventions Unit kienu għaddejjin bl-aħħar taħriġ lejlet il-wasla ta’ Papa Franġisku f’pajjiżna.
    Il-Papa mhuwiex biss il-Kap tal-Knisja Kattolika iżda wkoll Kap tal-Istat tal-Vatikan u allura jirrekjedi sigurtà massima.
    Tkellimna mal-ispettur Malcolm Sammut, li spjegalna kif l-Ispecial Interventions Unit fi ħdan il-korp tal-Pulizija ser tkun fdata bis-sigurtà tal-Papa tul iż-żjara tiegħu fi tmiem il-ġimgħa.
    MALCOLM SAMMUT
    SPETTUR
    “Is-sezzjoni tagħna l-Ispecial Intervention Unit, aħna ser naħdmu bħala close protection detail mal-Papa Franġisku. Dan jiġifieri nkunu l-iżjed nies qrib u li nkunu qed nagħtu s-sigurtà fl-iktar proximity viċin tal-Papa. Kif ukoll magħna jkun hawn wkoll pulizija mir-Rapid Intervention Unit li wkoll qed nagħmlu diversi taħriġ flimkien sabiex fil-ġurnata kollox jimxi kif suppost u kollox kif ippjanat.”
    ONE News segwa sessjoni sħiħa ta’ taħriġ ta’ grupp ta’ uffiċjali tal-SIU, bl-abiltajiet tagħhom jiġu ttestjati b’numru ta’ ostakoli u gassijiet.
    L-ispettur Sammut spjegalna kif f’sessjonijiet bħal dawn l-uffiċjali jidraw jaħdmu taħt pressjoni.
    MALCOLM SAMMUT
    SPETTUR
    “Aħna nippruvaw intellgħu il-heart rate tal-pulizija waqt it-taħriġ, għalfejn, għax int meta jinqala’ xi ħaġa l-heart rate ħa togħla. Anke wkoll nippruvaw nagħmlu, just in case, f’każ ta’ emerġenza, jiġifieri anke ċertu medical training, apparti li jingħatalhom anke matul is-sena nippruvaw ukoll f’dawn il-ġimgħat ta’ training li għamilna ad hoc ikun hemm involut ċertu medical training ukoll u kif rajtu dalgħodu wkoll b’ċertu affarijiet li jinqalgħu ta’ dak il-ħin.”
    L-ispettur Sammut qalilna kif il-pulizija għandha żewġ avvenimenti kbar f’temp ta’ ġimgħa madankollu bis-saħħa ta’ investiment li sar u d-dedikazzjoni ta’ kull min huwa involut wara s-suċċess li l-pulizija kellhom fil-qadi ta’ dmirijiethom fi żmien l-elezzjoni, jinsabu ppreparati għaż-żjara tal-Papa f’pajjiżna.
    MALCOLM SAMMUT
    SPETTUR
    “Bl-ippjanar li għamilna nista’ ngħidlek b’wiċċi minn quddiem illi morna tajjeb ħafna kif ukoll b’ċertu investimenti li saru. Ċertu taħriġ seta’ jibqa’ għaddej b’ċertu investimenti li saru fil-loġistika kif ukoll bid-dedikazzjoni fl-aħħar mill-aħħar tan-nies għax id-dedikazzjoni hija kbira speċjalment meta għandek diversi mhux biss sezzjonijiet ta’ pulizija iżda għandek ukoll diversi entitajiet tal-Gvern u anke oqsma oħra.”

Комментарии •