TISLIMA KIF XIERAQ GĦAL PERSUNA LI KIENET TAF TĦOBB
HTML-код
- Опубликовано: 2 ноя 2024
- ONE.COM.MT •
Bosta Għawdxin jinsabu f’luttu hekk kif inħasad bil-mewt taż-żagħżugħ mimli enerġija Geordie Muscat.
Geordie, li kien suldat fil-Forzi Armati ta’ Malta ngħata tislima mill-isbaħ fil-Bażilika ta’ Marija Bambina fix-Xagħra Għawdex, akkumpanjat minn sħabu tal-armata.
Illum, ONE News permezz ta’ messaġġi rekordjati u telefonata se jaqsam għall-ewwel darba r-reazzjoni ta’ sħab u ħu Geordie minn wara mewtu.
KITBA: STEFAN BAJADA
FILMAT: CVC / N. GALEA / KNISJA TAX-XAGĦRA
Geordie Muscat.
Iż-żagħżugħ deskritt bħala ferrieħi, ċajtier, simpatiku, ħabib ta’ vera u fuq kollox kuraġġuż.
Suldat tal-Forzi Armati ta’ Malta li ftit jiem ilu tilef il-battalja mal-mard fl-età żagħżugħa ta’ sebgħa u għoxrin sena.
Ħajjet Geordie hija kkaraterizzata biss minn pożittività, praspar u memorji kbar flimkien ma’ sħabu u qrabatu u d-daħka fuq fommu.
Il-karattru kkulurit tiegħu se jibqa’ mmarkat f’ħajjet dawk qribu, hekk kif kien iqis lil kulħadd bħala ħabib tiegħu.
Iżda dan l-aħħar għaż-żagħżugħ u dawk ta’ madwaru l-folja nqalbet.
Geordie li jtajjar in-nar spiċċa f’sodda l-isptar li fuqha ħa l-aħħar nifsijiet ta’ ħajtu.
F’jum il-funeral tiegħu Geordie ngħata l-aħħar tislima mill-isbaħ b’parata minn sħabu fl-Armata, filwaqt li l-Knisja tax-Xagħra kienet mifqugħha b’żgħażagħ li kollha jħarsu lejn Geordie bħala il-ħabib li tista’ sserraħ rasek fuqu.
Waqt l-omelija, l-Arċipriet tax-Xagħra Dun Karm Refalo, b’indirizz partikolari liż-żgħażagħ, saħaq kemm huwa importanti li wieħed japprezza l-ħajja, għax wieħed qatt ma jkun jaf meta l-mewt tħabbatlu.
Fl-ewwel kummenti wara t-telfa, ħu Geordie, Charlton, tkellem ma’ ONE News u qasam magħna l-memorji li se jibqa’ jiftakar.
ĦU GEORDIE
“Geordie kien tip ta’ bniedem li ma tista’ tgerger xejn minnu, dejjem issibu t’għajnuna, dejjem moħħu biex nagħmlu xi ikla imbgħad immorru l-għada u npattulu b’xi ġirja. Dejjem meta kelli bżonnu sibtu t’għajnuna u kien jiġi jilgħab mat-tifla. Kien bniedem li lest jgħin lil kulħadd u ma jrid jiġġieled ma ħadd.”
F’messaġġ emozzjonali fit-tmiem il-funeral, it-tfalja ta’ Geordie, Jessica Rae, qalet kif is-sena d-dieħla kellhom jingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ.
JESSICA BONELLO
L-GĦARUSA TA’ GEORDIE
“Għalija Geordie kien ifisser ħafna u naf li bħalu diffiċli ssib, kont mimli ferħ u b’qal tad-deheb. Konna bil-pjan li niżżewwġu u għalija ġa żżewwġitek ġo qalbi, ix-xewqa tiegħi kienet li tarani b’libsa bajda quddiem l-artal u nibnu familja flimkien.” 16sec
Permezz ta’ filmati mibgħuta lil ONE News, sħab u qraba oħra taż-żagħżugħ kellhom kelma waħda fuq fommhom.
SĦAB GEORDIE
“Geordie kien ħabib ta’ veru u uniku, ċajtier u dejjem bid-daħka f’wiċċu u postu f’qalba ma jeħodulna ħadd...Bis-saħħa tal-kuġina kompla nsaħħu l-memroji fejn kull nhar ta’ Ħadd konna niltaqgħu għand in-nanna u kull memorja se nibqa’ ngħożża f’qalbi... Fik sibt ħija l-kbir, meta kont niġi d-dar kont insib il-playstation mixgħula nibew nilabu jien u int flimkien u dejjem kont jemm għalija u se nimmisjak.”
Il-passjoni li ż-żagħżugħ kellu għaż-żwiemel, il-logħba tal-futbol, partikolarment it-tim tal-Juventus, it-Taljani u x-Xagħra United, ukoll ġew immarkati fiċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja t-Tlieta li għadda u anke fuq is-santa tal-mewt.
Geordie, bħalma int kont tagħti s-salut bħala Suldat fl-Armat, aħna llum intuk is-salut u ngħidulek grazzi talli kont ta’ eżempju ċar ta’ x’inhu tajjeb u ħbiberija.