Kellymni: Episodju 25 - Mario Micallef

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 15 сен 2024
  • Melanie Kelly titkellem ma' Mario Micallef, fejn insiru nafu lil dan l-attur aktar mill-viċin. Hu ma jiddejjaqx jaqsam numru ta' sitwazzjonijiet personali, uħud li għadda minnhom fuq il-palk filwaqt li oħrajn li għadda minnhom fil-ħajja personali tiegħu. Mario għandu mħabba kbira lejn il-palk u dan joħroġ ċar kristall fi kliemu.
    Mario jitkellem dwar il-perjodu ikrah tal-Covid u l-effett li ħalliet il-pandemija fuqu. Hu jistqarr li kellu problemi fis-smigħ tiegħu u dam xi ftit sabiex aċċetta l-problema iżda llum ma jħarisx lura. Bl-iktar mod umoristiku jirrakkonta kif spiċċa fuq date ma' martu Nathalie, għalkemm lilha kien jafha għax kienu jaħdmu fl-istess post, mhux magħha ried imur date. X'ġara eżatt?
    Mario jitkellem b'tant passjoni dwar in-neputi tiegħu li twieled f'jum il-Milied u l-avventura li jagħmlu flimkien. Hu jirrakkonta praspura li għamillu riċentament. Permezz ta' Kellymni ħa taraw lil Mario Micallef minn lenti kemxejn differenti. Ħa ssiru tafuh aħjar u ħa tkunu tistgħu tirrelataw ukoll ma' dak li qed jgħid!
    Miġjub lilkom minn Renault Malta | La Molisana Malta | Amrita Footcare & Wellness Centre | Valletta Glass
    #kellymni #gwida #podcast #podcasttagwida #malta #MarioMicallef

Комментарии • 3

  • @sarahgatt2679
    @sarahgatt2679 5 месяцев назад +1

    Uuuuuuu kif jigi onorat !!!! Anki jirrakonta hadt pjacir nisimghu !!!! Proset !!!!

  • @joyfill1295
    @joyfill1295 5 месяцев назад +1

    Watching from Melbourne.I love your videos.❤️🌷

  • @austinzammit7153
    @austinzammit7153 5 месяцев назад

    Kemm int sexy Kelly