Kellymni: Episodju 23 - Angie Laus

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 15 окт 2024
  • Melanie Kelly titkellem ma' Angie Laus dwar diversi aspetti mill-ħajja tagħha, titkellem dwar ix-xogħol, il-missjoni, l-imħabba lejn il-Eurovision, il-problemi tas-saħħa li għaddiet minnhom u kif rebħet fuq ċerti sfidi. Angie titkellem tassew b'onestà dwar dak li għaddiet minnu tul is-snin, fejn anke spiċċat fil-mira ta' kummenti ħorox u xejn sbieħ fil-konfront tagħha minn nies li ma tafhomx.
    Angie tirrakkonta l-weġgħat li għaddiet minnhom minħabba l-missjoni, iżda l-weġgħat kienu sforz l-imħabba kbira li kienet qed toffri. Weġgħat li tgħallmet minnhom u tipprova taqsam l-esperjenzi tagħha sabiex kull min hu mħajjar għal din il-missjoni, jitgħallem hu wkoll. Temmen li l-missjoni hi xi ħaġa li kull bniedem għandu jesperjenza minħabba li tkabbrek bħala persuna.
    Hi titkellem dwar l-imħabba li għandha lejn il-Eurovision u kif dejjem kienet il-ħolma tagħha li tippreżenta dan l-ispettaklu. Ħolma li dawk qribha kienu jafu kemm kienet tixtieqha u tistqarr li meta tista' tgħid qatgħet qalbha li kapaċi ssir reali, din il-ħolma saret realtà. Hi titkellem dwar il-festival lokali u l-fatt li kulħadd kellu xi ħaġa xi jgħid minħabba li ma kienx hemm udjenza.
    Grazzi għal Kellymni ħa taraw lil Angie f'lenti differenti minn kif tafuha ssoltu. Ħa tapprezzaw il-ġenwintà tagħha u l-karattru mill-isbaħ tagħha. Nemmnu li permezz ta’ Kellymni se jkollhom iċ-ċans li ssiru tafu lil Angie aħjar.
    Miġjub lilkom minn Mercedes-Benz | La Molisana | Amrita Footcare Wellness Centre
    #kellymni #gwida #podcast #podcasttagwida #malta #AngieLaus

Комментарии • 13

  • @marybonello8345
    @marybonello8345 4 месяца назад +1

    Inti mara verament specjali,ta' qalbi kbira.

  • @ritaserracino6666
    @ritaserracino6666 7 месяцев назад

    Proset both of you are beautiful 😊

  • @DoloresBorg-e9z
    @DoloresBorg-e9z 7 месяцев назад +1

    Angie you are a beautiful soul .God bless you. Hugs xx

  • @jovandavidovic1
    @jovandavidovic1 6 месяцев назад +1

    What language is it?

    • @nekoyokoshima4199
      @nekoyokoshima4199 6 месяцев назад +1

      Maltese en.wikipedia.org/wiki/Maltese_language

    • @jovandavidovic1
      @jovandavidovic1 6 месяцев назад +1

      @@nekoyokoshima4199 Thanks. It sounds weird

  • @chanleekids
    @chanleekids 7 месяцев назад +1

    Proset Angie, u Mel ukoll… podcast sabih hafna

  • @JoanneBuhagiar
    @JoanneBuhagiar 7 месяцев назад

    How can I give ?

  • @michelledebattista9380
    @michelledebattista9380 7 месяцев назад

    Prosit 😊😊

  • @simonezammit5659
    @simonezammit5659 7 месяцев назад

    Jiena dejjem najd bhal angel li it tfal xhin jigu teenengers jitilaw ma ta l iskola u bek japrezaw hafna izjed

  • @yolandavella389
    @yolandavella389 7 месяцев назад

    Vera hadt gost nisimaw l Mulej ikompli ibierkek

  • @austinzammit7153
    @austinzammit7153 7 месяцев назад

    Kelly kemm int sexy

    • @TheMusicPinkLover91
      @TheMusicPinkLover91 Месяц назад +1

      M'ghandekx iktar xi tghid fuq Kelly? Kull video li nara dejjem l-istess kumment.
      Ghax ma tghidx kemm qed tghin nies billi ggib hafna personalitajiet differenti jaqsmu l-esperjenzi taghhom? Kemm hi great listener? Kemm hi intelligenti?
      Mara sabiha fine, imma ghandha iktar kwalitajiet sbieh zgur.