Kellymni: Episodju 22 - Shasha Fabri

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 15 окт 2024
  • Melanie Kelly titkellem ma’ Shasha Fabri dwar l-esperjenzi li għaddiet minnhom tul ħajjitha. Hi taqsam l-istorja ta’ meta skopriet li hi marida, tirrakkonta l-istorja tal-inċident li kellu l-eks-raġel tagħha li finalment wassal biex jisfaxxa fix-xejn iż-żwieġ tagħha minkejja l-imħabba kbira li kellhom u r-rispett li għadhom iħaddnu sal-lum.
    Shasha tirrakkonta wkoll dak li għaddew jew għaddejjin minnu ħbieb u familjari tagħha. Hi tgħid li diffiċli mmens li tara lil dawk li tħobb għaddejjin minn tbatija kbira, fejn m’għandha l-ebda kontroll u ma tista’ tagħmel xejn biex itaffilhom ftit l-uġigħ li għaddejjin minnu.
    Shasha tirrakkonta wkoll kif bdiet fid-dinja tal-irtokk u l-irtokk fuq nies li ħallew din id-dinja. Żgur li mhux faċli u trid vokazzjoni kbira iżda s-sodifazzjon li jagħtiha dan ix-xogħol hu wieħed kbir.
    Hi titkellem fuq Sven u t-trobbija tiegħu, kif ukoll issemmi t-trobbija tagħha u kemm missierha għadu preżenti f’ħajjitha u kif jakkumpanjaha f’diversi postijiet u jagħtiha l-pariri tiegħu fuq ix-xogħol li twettaq.
    Nemmnu li permezz ta’ Kellymni se jkollhom iċ-ċans li ssiru tafu lil Shasha aħjar u tapprezzaw il-bniedma wara l-isem u l-irtokk ta’ ħafna personalitajiet fuq it-televixin.
    Miġjub lilkom minn Renault Malta | Banderas, The Icon for Her | Amrita Footcare & Wellness Centre
    #kellymni #gwida #podcast #podcasttagwida #malta #shashafabri

Комментарии • 5

  • @loreta261
    @loreta261 7 месяцев назад

    What a beautiful soul ♥

  • @carolinespiteri2401
    @carolinespiteri2401 6 месяцев назад +1

    Lesti Sasha ghax jien lilek irridt kieku nista nibbukjak minn issa. Ghax rajt xollok. Brava wisq!

  • @SolangeMagri-c5b
    @SolangeMagri-c5b 7 месяцев назад +1

    Idahhakni u tbikkini fl istess hin! shasha tal genn!

  • @sharongrech5265
    @sharongrech5265 7 месяцев назад

    Ghandna hafna affarijiet komuni . Kemm int helwa u ghamel kuragg xxx ❤

  • @charmaineborg2251
    @charmaineborg2251 7 месяцев назад

    Crazy woman with values ghogbitni ghax ghandna hafna in common x int helwa Sha u Sven kien mill bidu hadt grazzja mieghu indunajt li imrobbi b valuri tajba u jaf ihobb ❤