Kellymni: Episodju 27 - Gillian Attard

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 5 май 2024
  • Melanie Kelly titkellem ma’ Gillian Attard, fejn niskopru aktar dwar it-traġedja li l-familja tagħha għaddiet minnha meta kellha biss 12-il sena. Niskopru aktar dwar kif din ħalliet impatt fuq ħajjitha u kif illum li għadda tant żmien xorta waħda tħoss l-effett ta’ dak li għaddiet minnu tant snin ilu. Gillian ma kellix ħajja faċli iżda dejjem fittxet biex terġa’ tqum.
    Hi titkellem fuq l-imħabba li kellha lejn nannitha, il-problemi ta’ saħħa ta’ missierha u l-fatt li llum tgħallmet li għandha tkun hemm għall-familja tagħha, minkejja li x-xogħol iżommha impenjata mmensament. Gillian titkellem dwar ix-xogħol tagħha u kemm tħobb tgħin student li jkollhom ċerti problemi, tħoss li magħhom tista’ tagħmel xi ħaġa ta’ ġid.
    Waqt il-podcast Kellymni ħa niskopru l-imħabba enormi li għandha lejn l-annimali. Mhux biss klieb u qtates iżda anke żwiemel u ħmir. Iva, sewwa qrajtu. Minn mumenti tassew serju u kemxejn tqal, għal mumenti aktar leġġeri. Intervista b’differenza fejn se jkollkom iċ-ċans li li ssiru tafu lil Gillian mill-viċin - xi ħaġa li żgur li ftit kellkom iċ-ċans li tagħmlu qabel.
    Permezz ta' Kellymni ħa tiskopru aktar dwar is-sitwazzjoni soċjali f'pajjiżna.
    Miġjub lilkom minn Bike World | La Molisana | Pizza Hut | Amrita Footcare & Wellness Centre | Valletta Glass
    ⁠#kellymni⁠ ⁠#gwida⁠ ⁠#podcast⁠ ⁠#podcasttagwida⁠ ⁠#malta⁠ ⁠#GillianAttard
  • РазвлеченияРазвлечения

Комментарии • 4

  • @doreenmicallef5332
    @doreenmicallef5332 3 дня назад

    I can really relate to you Gillian, a lot and in this podcast Melanie your words reminded me of what my psychologist tells me everytime. You don't know how valuable these words are for people who are struggling. You brought tears to my eyes. Thank you

  • @marybonello8345
    @marybonello8345 Месяц назад

    Mara verament specjali.

  • @JenniferFarrugia-qv2lg
    @JenniferFarrugia-qv2lg 2 месяца назад

    God bless you gillanxxx

  • @joanmeli868
    @joanmeli868 2 месяца назад

    Hello ,Mel sewwa ghidtilha li hi persuna ikulurita,,ghadha ma hargitx it tajjeb kollu li ghandha go fiha,,nimagina li tajjeb kieku taghmel program fq l animali ghax qalbha tajba u thobbhom,,jalla johrog dak kollu li ghad hemm mohbi ,,u narawha b xi top ahmar jew shocking pink,,jixirqulha l kuluri ghax mara mill izbah,,,ghal ruh ommha,,,God bless hi xx