VON DER LEYEN M’AĊĊETTATX IN-NOMINAT SLOVEN

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 18 сен 2024
  • ONE.COM.MT • Waqt li ħabbret il-portafolli għan-nominati tal-pajjiżi għal Kummissarji Ewropej, rapporti fil-midja żvelaw kif, aktar kmieni dan ix-xahar, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen talbet formalment lill-Prim Ministru Sloven biex jibdel in-nominat tiegħu, għax ma kinitx se taċċettah.
    KITBA: EMAN PORTELLI
    FILMAT: ARKIVJI
    Qabel it-tħabbira tal-portafolli lil dawk li ġew innominati mill-pajjiżi bħala Kummissarji Ewropej, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen kienet ġegħlet mill-inqas pajjiż wieħed biex jibdel lill-persuna magħżula.
    Dan hekk kif jirriżulta minn rapporti fil-midja internazzjonali li, aktar kmieni dan ix-xahar, kienet bagħtet ittra formali lill-Prim Ministru tas-Slovenja, Robert Golob, fejn informatu li ma kinitx qed taqbel mal-pożizzjoni ta’ pajjiżu għan-nominat magħżul biex jagħmel parti mill-Kabinett tal-Kummissarji tagħha għal-leġiżlatura l-ġdida.
    Fl-ittra, li ġiet ippubblikata fil-midja, Von der Leyen qalet li n-nominat tal-pajjiż, Tomaz Vesel, ma nstabx li hu tajjeb biex ikun negozjatur tajjeb fil-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, jew pajjiżi terzi.
    Għal dawn ir-raġunijiet, Von der Leyen informat lill-Prim Ministru Golob, li mhijiex f’pożizzjoni li tipproponi lil Vesel għal Kummissarju.
    Fil-bidu, is-Slovenja qalet li Vesel waqqa’ n-nomina tiegħu minħabba li l-President tal-Kummissjoni Ewropea riedet il-bilanċ bejn ir-rappreżentanti rġiel u nisa, iżda, imbagħad, l-ittra ta’ Von der Leyen kixfet li n-nominat Sloven ma kienx jilħaq il-livell mixtieq.
    Tali pressjoni mill-President tal-Kummissjoni Ewropea ma kinitx biss fuq is-Slovenja, iżda wkoll fuq pajjiżi bħal Franza. Dan hekk kif, fl-aħħar jiem, Thierry Breton irriżenja minn Kummissarju wara li kien reġa’ ġie nnominat minn pajjiżu għal terminu ieħor, iżda Von der Leyen talbet lill-President Emmanuel Macron biex jirtira d-deċiżjoni. 16 SEPT
    Is-sit awtorevoli Politico nnota li Breton akkuża lil Von der Leyen li kienet offriet lil Franza rwol aktar b’saħħtu jekk jiġi nnominat xi ħadd ieħor flok Breton, tattika li allegatament intużat ma’ oħrajn.

Комментарии •