REKLUTAĠĠ BIEX IKUN HEMM IŻJED GWARDJANI TAL-ĦABS

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 15 окт 2024
  • ONE.COM.MT - Sebgħa u tletin rekluta bħalissa għaddejjin bit-taħriġ sabiex jibdew karriera mal-aġenzija għas-servizzi korettivi bħala gwardjani tal-ħabs.
    Dan l-istazzjon segwa parti mit-taħriġ tar-rekluti li qegħdin ikunu preparati għal kull ma jista’ jinqala’ fil-faċilità korettiva ta’ Kordin.
    Fuq wiċċ dawk li se jkunu gwardjani tal-ħabs spikka l-entużjażmu u r-rieda biex jaħdmu.
    Fost dawn kien hemm tfajla ta’ dsatax-il sena. Sebgħa u tletin rekluta bħalissa għaddejjin bir-reklutaġġ sabiex jibdew karriera mal-aġenzija għas-servizzi korrettivi bħala gwardjani tal-ħabs.
    It-taħriġ intensiv qed isir fuq medda ta’ erba’ xhur.
    Fost dawn ir-rekluti hemm tfajla ta’ dsatax-il sena, li tkellmet dwar kif minn dejjem kellha x-xewqa li taħdem bħala gwardjana fil-ħabs.
    SOT CHEYENNE CARUANA
    REKLUTA
    Dejjem xtaqt nkun parti mis-servizz. Ninkoraġixxi aktar nisa jidħlu u jibdew din il-karriera. Biża’ m’għandekx għalfejn għax hawn id-dixxiplina.
    Apparti t-taħriġ fiżiku, t-taħriġ huwa maqsum fit-tnejn - t-taħriġ prattiku u dak teoretiku. Il-Logutenent Korrettiv Charles Bonnici, responsabbli mir-reklutaġġ tkellem dwar l-importanza ta’ dan it-taħriġ.
    SOT 1 CHARLES BONNICI
    LOGUTENENT KORRETTIV
    Għall-ewwel darba maqsuma fuq teorija u prattika u kollox qed isir il-ħabs inhouse.
    Ir-rekluti diġà kellhom l-opportunità li jidħlu ħdejn il-priġunieri fid-diviżjonijiet, li magħhom se jkunu qegħdin jaħdmu.
    Fost ix-xogħol prattiku ieħor, r-rekluti qegħdin jingħataw taħriġ ta’ kif jagħtu l-ewwel għajnuna lill-priġunieri f’każ ta’ xi inċident, fosthom kif jitfu n-nirien.
    INĠIBU BIĊĊA AMBIENT TAGĦHOM JITFU N-NAR
    Dan se jwassal lir-rekluti sabiex ikunu preparati għal kull ma jiltaqgħu miegħu fil-ħidma tagħhom fil-ħabs.
    SOT 2 CHARLES BONNICI
    LOGUTENENT KORRETTIV
    Diga daħlu mal-priġunieri jaraw dak li qegħdin jitgħallmu iwettquh u jaraw u ma jieħdux xokk, dak li jitgħallmu qed iwettquh mal-priġunieri.
    Il-logutent korrettiv, li għandu esperjenza twila fix-xogħol korrettiv saħaq li xogħlu dejjem jinbidel.
    SOT 3 CHARLES BONNICI
    LOGUTENENT KORRETTIV
    Ilni 31 sena. Nerga nidħol gwardjan il-ħabs. Is-sitwazzjoni tajba ħafna u hawn kontroll.
    Fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin hemm mat-tmien mitt priġunier, u mitejn sitta u sittin uffiċjal korrettiv.
    Bil-ħsieb huwa li din is-sena jiddaħħlu mija u għoxrin gwardjan.
    Bit-tmexxija tad-Direttur tal-Ħabs il-kurunell Alexander Dalli waslet sabiex ikun hemm aktar dixxiplina fil-ħabs u ġiet eliminata d-droga mill-ħabs.

Комментарии •