Kellymni Trailer: Episodju 26 - Fr Marcellino Micallef

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 15 сен 2024
  • Fr. Marcellino Micallef, jieħu ħsieb is-Soup Kitchen ġewwa l-Belt Valletta, jitkellem ma' Melanie Kelly dwar ir-realtajiet li jiltaqa' magħhom ta' kuljum. Realtajiet li fil-verità huma tassew weġgħa li hawn nies fostna li qed jgħixu b'dawn il-problemi kollha. Ħafna drabi, anqas aħna konxji ta' dak li għaddej madwarna, il-problemi li hawn fis-soċjetà tista' tgħid li huma moħbija jew aħna forsi għajnejna magħluqa għal dak li għaddej fostna. Fr. Marcellino Micallef jitkellem fuq każijiet partikolari li jiltaqa' magħhom u jitkellem dwar problemi li mhux talli qed jaffettwaw ċerti individwi iżda wkoll il-familjari tagħhom. Hu jitkellem fuq il-problemi li jiltaqgħu magħhom numru ta' anzjani, fuq il-problemi tad-droga li hawn fil-pajjiż u anke jitkellem fuq il-mard li wieħed ħafna drabi jwassal ukoll għall-faqar.
    Siru afu dwar dak li jitkellem fuqu Fr. Marcellino Micallef - segwu minn nhar it-Tnejn 22 t'April mit-20:00 fuq Gwida.mt, Facebook, RUclips u Spotify🎙️
    Miġjub lilkom minn Renault Malta | La Molisana Malta | Amrita Footcare & Wellness Centre | Valletta Glass
    #kellymni #gwida #podcast #podcasttagwida #malta #FrMarcellinoMicallef

Комментарии •