IBEN JOE BRINCAT IFAKKAR IL-MEMORJA TA’ MISSIERU

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 4 дек 2024
  • ONE.COM.MT • Iben l-Avukat Joe Brincat, fakkar il-memorja ta’ missieru f’kitba fuq gazzetta lokali tal-Ħadd.
    L-eks Deputat Mexxej Laburista Joe Brincat ħalla din id-dinja, nhar il-Ġimgħa li għadda, fl-età ta’ wieħed u tmenin sena.
    KITBA: EMAN PORTELLI
    FILMAT: TIMES / ARKIVJI
    Iben l-eks Deputat Mexxej Laburista Joe Brincat, Stephan fakkar il-memorja ta’ missieru, permezz ta’ kitba fuq il-gazzetta ‘The Sunday Times of Malta’.
    Huwa qal li missieru tul ħajtu għallmu li qatt mhu tard biex juri l-umiltà ma’ ħaddieħor.
    Huwa rrakkonta kif darba hu u oħtu l-kbira kienu ma’ missieru f’Ħadd partikolari waranofsinhar, f’Diċembru tal-1986.
    Qal li flimkien ma’ missieru, ommu u oħtu marru ċ-ċimiterju tal-Gudja għall-funeral ta’ Raymond Caruana, li nqatel fil-Każin Nazzjonalista tal-Gudja.
    Intqal li hekk kif huma daħlu fiċ-ċimiterju, bdew jisimgħu bosta rimarki min-nies li kienu preżenti. Fosthom “tard wisq, dott”, “x’qed tagħmel hawn” u “m’intiex parti minnha”.
    Qal li bħala tifel, ma setax jifhem għaliex bdew jintqalu dawn il-kummenti fil-konfront ta’ missieru u kienu jafu ftit dwar is-sitwazzjoni politika f’Malta, f’dawk iż-żminijiet.
    Intqal li minkejja dawk il-kummenti, huma ġew milqugħa minn deputati Nazzjonalista, fosthom George Bonello Dupuis.
    Intqal li kien hemm min fehem għaliex missieru żar iċ-ċimiterju fil-funeral ta’ Raymond Caruana u mbilli t-tgħajjir, kien hemm min għadda kliem ta’ tifriħ u anki ċapċipa.
    L-eks Deputat Mexxej Joe Brincat ħalla din id-dinja l-Ġimgħa li għadda, fl-età ta’ 81 sena.
    L-aħħar tislima lill-Avukat Joe Brincat se tingħata t-Tnejn fil-Knisja ta’ San Publiju fil-Furjana fid-disgħa u kwart ta’ filgħodu. Qabel għall-ħabta tad-disgħa neqsin kwart ta’ filgħodu, il-korteo se jgħaddi minn quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, fil-Ħamrun.

Комментарии • 1