Andrew Azzopardi on RTK103 | 28 ta' Settembru 2024

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 30 сен 2024
  • Il-Partit Nazzjonalista huwa sempliċiment partit politiku jew jista’ jkun Gvern alternattiv?
    Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech se jkun qed iwieġeb għal dan u iktar waqt il-programm Andrew Azzopardi on RTK103 għada s-Sibt.
    Waqt il-programm, li jixxandar kull nhar ta’ Sibt bejn id-9am u nofsinhar fuq l-istazzjon RTK103 se jitratta wkoll temi oħra:
    Il-Gvern għandu jippermetti Inkjesta Pubblika? Diskussjoni ma’ Dr Joseph Borda, l-avukat tal-familja tal-maqtula Nicolette Ghirxi, u mal-Ministru Jonathan Attard.
    Il-Pulizija t-tarka tas-soċjetà jew fil-mira tas-soċjetà? Jiddiskutu Karen Galea, il-Kmandant tal-Akkademja għall-Korpi Dixxiplinati u d-Deputat Kummissarju Kenneth Haber. Se jsiru interventi wkoll mill-Ministru Byron Camilleri, mill-kelliem tal-Oppożizzjoni Darren Carabott u mill-President tal-Malta Police Union, Marlon Hili.
    Il-ħajja fiha ferħ? U dan minn fejn jiġi? Diskussjoni ma’ Ivan Gaffiero li jorganizza konkorsi tas-sbuħija, l-akkademiku Dr Immanuel Mifsud, l-attur u komiku Sander Agius u l-kantanta u xandara Stephanie Chircop. Se jsiru wkoll interventi bit-telefown mal-Filosofu Robert Farrugia u l-Psikjatra Dr Rosemarie Sacco.
    Mill-kanċer nistgħu nitgħallmu lezzjonijiet ta’ kif ngħixu l-ħajja? Intervistati d-Direttur tal-Cancer Care Pathways Dr Danika Marmarà, Mariah Catanzaro li fieqet mill-kanċer u l-pazjent tal-kanċer Emmanuel Abela.
    Andrew Azzopardi on RTK103 jixxandar is-Sibt bejn id-9am u 12pm fuq RTK103 u Newsbook.com.mt.
    Tista’ tara l-programmi li xxandru f’din l-iskeda fuq Newsbook TV.

Комментарии •