Il-Festa bil-Fondi Ewropej - Soċjetà Mużikali Peace, In-Naxxar

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 20 сен 2024
  • Is-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar, bl-għajnuna ta’ SEM kisbet fondi Ewropej mill-programm LEADER amministrat mill-Fondazzjoni Gal Majjistral, biex irrinovat id-daħla tal-każin tas-Soċjetà.
    Permezz ta’ dan il-proġett, saret bażi b’saħħitha għall-art bi tqegħid ta’ rħam ġdid u saru pannelli apposta mal-ħitan tal-każin.
    Is-Soċjetà għamlet ukoll l-irħam tat-taraġ u ġie rranġat il-puġġaman.
    B’hekk ingaħatat dehra ħafna isbaħ lill-każin tas-Soċjetà li bi proġetti oħra qed ikun aktar sostenibbli u jintuża s-sena kollha għal-laqgħat, kunċerti u attivitajiet oħra.
    Dan il-proġett ikompli jsaħħaħ il-kultura u l-kontribut kbir li s-soċjetajiet mużikali jagħtu lill-komunitajiet fl-ibliet u l-irħula ta’ pajjiżna.

Комментарии •