Għeluq tal-Oratorju Is-Sultana ta' Raħal il-Ħniena - 18 ta' Mejju 2024
HTML-код
- Опубликовано: 11 дек 2024
- Kitba - Fr Reno Muscat OP
Mużika - Mro Ray Sciberras
Banda - Madonna ta' Fatima taħt id-direzzjoni ta' Mro Andrea Cassar
Sopran - Christine Dalli
Tenur - Alan Sciberras
Baritonu - Albert Buttigieg
Narratur - Edward Camilleri
Kor - Mirabitur taħt id-direzzjoni ta' Simone Attard
Preżentatur - Mario Micallef
Ja omm tagħna lejk induru
Biex nitolbu l-barka tiegħek
Żommna dejjem taħt dik ħarstek
Imħaddnin bl-imħabba miegħek.
Bħalma dehert lit-tfal ġol-Cova
Fatima, fil-Portugall
Hekk kun inti li tmexxina
U tħarisna minn kull żball.
Taf li aħna lilek għandna
Bħala Sidtna, bħal Sultana
Mimlijin b’imħabba tħeġġeġ
Inressqulek it-talb tagħna:
Għaliex ommna int tas-sema
Aħna wliedek f’Tal-Pietà
B’tama kbira, b’vuċi soda
Ngħidlulek “Berikna Ma!”
Dil-kuruna ta’ fuq rasek
Noffruhielek b’umiltà
Int Sultana tar-ruħ tagħna
Int il-Ġawhra f’Tal-Pietà.
Imqaddsa, Xebba Omm Alla
Li b’kull grazzja int mimlija
Bħal xehd’ għasel dit-tislima:
Sliem għalik. Ave Marija.
P. Reno Muscat O.P.