ATTAKK FUQ QRABA TA’ MINISTRI BLA BAŻI

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 14 окт 2024
  • ONE.COM.MT • Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika sab li ilment li tressaq kontra numru ta’ ministri fl-ingaġġ ta’ qraba ta’ ministri oħrajn mhuwiex ġustifikat.
    Dan l-attakk kontra persuni sempliċiment għax jiġu minn persuni fdati fl-amministrazzjoni tal-pajjiż m’għandu bażi u sar biss b’mod kapriċċjuż, anke għax il-persuni huma kollha kkwalifikati u bi snin twal ta’ esperjenza.
    KITBA:JOSEF CARUANA
    FILMAT: ARKIVJI
    Investigazzjoni tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi, sabet li attakk fil-konfront ta’ numru ta’ Ministri, minħabba li n-nisa tagħhom jagħmlu xogħol mal-Gvern, kien biss attakk kapriċċjuż.
    L-attakk kien ikkordinat minn artikli fuq The Shift u segwew is-soltu nies fil-Partit Nazzjonalista, li jattakkaw personalment esponenti tal-Gvern. Arnold Cassola għamel l-ilment kontra l-Kummissarju għall-Istandards.
    Iżda l-investigazzjoni, li saret, sabet li ma kien hemm l-ebda ksur ta’ etika minn Ministri li ħatru dawn il-professjonisti fi rwoli ta’ xogħol, fosthom karigi li fihom hemm ukoll għexieren ta’ persuni oħra.
    Fost dawk fil-mira kien hemm mart il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri. Każ ċar kristall għall-Kummissarju tal-Istandards. Dr Deborah Camilleri, mart il-Ministru, tipprattika bħala Avukat tal-Għajnuna Legali. Iżda, l-Kummissarju sab li, bħalha, hemm ħafna oħrajn.
    “Jekk wieħed iħares lejn il-lista tal-Avukati tal-Għajnuna Legali li tidher perjodikament fil-Gazzetta tal-Gvern isib li bħalissa hemm disgħa u ħamsin”, qal il-Kummissarju għall-Istandards li hawn sab kif għalhekk żgur mhux tingħata xi privileġġ.
    “M’għandhiex tkun imċaħħda milli sservi sempliċiment għax hija mart ministru,” kompla jgħid il-Kummissarju, filwaqt li ntqal ukoll li hemm bord tal-għażla.
    Fost il-Ministri, li kien hemm attakk fil-konfront tagħhom, kien hemm ukoll Chris Bonnet, minħabba li l-mara tiegħu għamlet xogħol legali f’Ministeri oħrajn.
    “Ladarba Dr Bonnet hi avukat bil-warrant li tipprattika, m’għandhiex tkun skwalifikata, għax inzertat mara ta’ Ministru”, qal il-Kummissarju għall-Istandards.
    Minħabba dawn l-ingaġġi, sar ilment ukoll kontra l-Ministri Jonathan Attard u Anton Refalo, iżda l-Kummissarju għall-Istandards ukoll qal li mhemmx każ kontrihom.
    Ilmeni oħrajn saru fil-konfront tal-Ministru Miriam Dalli u Silvio Schembri minħabba l-ħatriet fuq bordijiet ta’ Claudia Cuschieri, is-sieħba tas-Segretarju Parlamentari Andy Ellul, Remenda Grech, is-sieħba tal-Ministru Owen Bonnici, u Joanne Galdes, mart il-Ministru Roderick Galdes.
    Filwaqt li ċerti ħatriet kienu ilhom li saru, kien anke nnotat il-kwalifiki ta’ dawk maħturin, li fil-maġġoranza tal-każi għandhom sa livell ta’ masters u b’diversi snin ta’ esperjenza.
    Għaldaqstant, il-Kummissarju ma sab li sar xejn kontra l-liġi u finalment ma nstab ebda ksur ta’ etika mill-ebda Ministri interpellati.
    Dan il-każ hu biss wieħed minn sensiela ta’ ilmenti li ressaq Arnold Cassola u li eventwalment instabu li huma bla ebda bażi.

Комментарии • 1

  • @danielcamilleri16
    @danielcamilleri16 2 месяца назад

    il PN dejjem jara kif sejjer ihammeg nies onesti.