Vittorio Gauci & Federica Falzon - 'Il Quddiem Inkomplu Mexjin

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 3 дек 2024
  • Id-diska uffiċjali tal-25 Sena Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani (1993-2018). Diska li tagħmel parti minn diska kompatta li jisimha "25 Sena fil-Qalb tas-Soċjeta". Din ħarget fl-2018 bħala tifkira tal-25 Sena Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani (1993-2018).
    Il-Lirika:
    Il-qalb fil-ġewwieni tal-bniedem
    tal-ħajja tagħti l-fakultà,
    Hekk huwa dan l-anniversarju,
    Nisa u Żgħażagħ tas-Soċjeta.
    Bħal kull ħaġa oħra fil-ħajja,
    Mhux faċli tul iż-żminijiet,
    Iżda b'ħarsitna 'l quddiem nimxu,
    Nisa u żgħażagħ sezzjonijiet.
    Ħamsa u għoxrin nistinkaw,
    Illum il-frott qed naraw,
    Kunu Kburin,
    Quddiem inkomplu mexjin. x2
    Ix-xogħol jitlob wisq sagrifiċċju,
    Li nbena mal-medda tas-snin,
    Flimkien bdejna din l-armonija,
    Bil-mużika nfakkru qegħdin.
    Iżda le qatt mhux ta' min jinsa,
    Kif minn ħolma saru l-ilwien,
    U dan frott kollu ta' ħidmietna,
    Li flimkien sawwarna s-sisien. x2
    Kliem u Mużika: Mro. Brian Bugeja
    Arranġament Mużikali: Dominic Cini
    Għall- aktar informazzjoni żuru www.talkarmnuzurrieq.org/lirikamarci

Комментарии •