GVERN LABURISTA B’DETERMINAZZJONI GĦALL-ĠUSTIZZJA SOĊJALI

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 18 сен 2024
  • ONE.COM.MT • Waqt l-istess konferenza, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq kif dan il-Gvern, bil-kontra ta’ partiti oħra baqa’ jaħdem, anka quddiem sfidi kbar biex jgħolli s-sellum soċjali u kull persuna f’pajjiżna jkollha kwalità ta’ ħajja aħjar.
    Stqarr li l-għaqda kienet dik li mexxiet lil pajjiżna fl-iktar mumenti diffiċli.
    KITBA: SHANAYA FARRUGIA
    FILMAT: ONE
    Waqt l-għeluq tal-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq kif Gvern Laburista dejjem emmen u bil-fatti pprattika l-ġustizzja soċjali.
    F’messaġġ ċar, Dr. Abela kompla jgħid li l-poplu afda lil dan il-Partit fit-tmexxija tal-pajjiż u għalhekk Gvern Laburista qatt ma beża’ jieħu d-deċiżjonijiet li kien hemm bżonn.
    ROBERT ABELA
    PRIM MINISTRU
    “Qatt ma ddejjaqna naffrontaw u nagħtu s-soluzzjonijiet għall-isfidi u żgur mhux se niddejqu issa b’tim formidabbli li għandna għal Malta pajjiżna.”
    Dr Abela elenka kif sal-bieraħ stess , l-aġenzija ta’ kreditu Fitch irrevediet ’il fuq it-tbassir tagħha dwar l-ekonomija ta’ pajjiżna. Hawn tenna li l-ekonomija mhijiex l-unika pedament ta’ pajjiż b’saħħtu imma s-sellum soċjali li nħoloq irid jibqa’ jkun l-għodda li biha inti tkun aħjar.
    Il-Prim Ministru tkellem dwar diversi investimenti li saru fl-aħħar ġimgħat u xhur fir-riżorsa umana bħal ftehim settorjali li ngħata lill-edukaturi mhux biss tal-Gvern imma wkoll tal-knisja u dawk indipendenti.
    Hawnhekk nnota l-ipokrezija tal-Partit Nazzjonalista li għall-ebda riforma ma jkun hemm biex jagħti l-appoġġ tiegħu. Minflok ikun hemm biss skiet perfett.
    Dr Abela wassal is-solidarejtà tiegħu lill-professjonisti tas-saħħa li ta kuljum jaffaċċjaw sfidi kbar.
    ROBERT ABELA
    PRIM MINISTRU
    “Grati wkoll tassew lejn il-professjonisti tagħna fil-qasam tas-saħħa, u se niddefendukom quddiem l-attakki inġusti. U hawn jien f’isimkom ukoll nuri s-solidarjetà u l-appoġġ lill-professjonisti tagħna li jagħtu saħħithom u ħilithom kollha f’ċirkostanzi xejn faċli biex isalvaw il-ħajjiet, u jagħtu l-aqwa kura possibbli lin-nies tagħna.”
    Waqt l-istess konferenza l-Prim Ministru sellem il-memorja ta’ Joe Brincat u Lorenzo Vella li t-tnejn kienu parti integrali fil-moviment favur il-ġustizzja soċjali.
    Hawn fakkar ukoll fl-aħbar xokkanti ta’ Karl Gouder li ħalliena ftit jiem ilu. Huwa tenna li l-ħbiberija ta’ bejniethom baqgħet tissupera minkejja twemmin politiku differenti.
    Fuq dan is-suġġett, il-Prim Ministru għamel aċċenn ukoll fuq il-bżonn li pajjiżna jintrefa’ ’l fuq mill-partigġjaniżmu u attakki personali hekk kif dawn ma jikkontribwixxuwx għal soċjetà b’saħħitha u jbiegħdu n-nies milli jersqu biex jagħtu kontribut fil-ħajja pubblika.
    Stqarr li pajjiżna ma jistax jibqa’ għaddej bil-politika ta’ aħna u huma, imma Malta Flimkien.
    ROBERT ABELA
    PRIM MINISTRU
    “Dan pajjiż li ma jistax jibqa’ għaddej bil-politika ta’ aħna u huma - imma Malta Flimkien - Malta bajda u ħamra - Malta Pajjiżna. L-aħna akbar mill-jiena.”

Комментарии • 3

  • @frankgrima1190
    @frankgrima1190 3 дня назад

    Viva Robert abela ❤

  • @conradmeilaq1121
    @conradmeilaq1121 3 дня назад

    😂😂😂😂😂😂😂😂😂😂😂😂😂😂😂😂😂😂😂😂😂

  • @JohnCamilleri-pk6gy
    @JohnCamilleri-pk6gy 3 дня назад

    😂jekk hu minnu li Qed tajd. Meta se issir gustizzja hu minn ma hallas kontijiet ta dawl contribuzzjonijiet tal bollo hu taxxa Qed nirreferi ghall partit. Nazzjonalista. Meta se issir gustizzja. Prim ministru il poplu irrid twegiba ghax iz zajr. Dejjem jAlla hu ihhallas hi politici imbirikalla xejn xbajna issa hu azzjoni inkelladabbar. Rasek lemming hu kull minn hu. Bhalek