MIĊU L-QATTUS
HTML-код
- Опубликовано: 10 ноя 2024
- Kanzunetta tat-tfal bil-Malti dwar Miċu l-Qattus, wieħed mill-ħbieb ta' Fonzu l-Fenek.
A Song for Children in Maltese about Miċu l-Qattus, one of Fonzu l-Fenek's friends.
Lyrics and Music by Michael Piscopo
Copyright © 2015
Featuring: Phyllisienne Brincat and Phyllisienne Brincat's Choir: Thea Abdilla,, Martina Abela, Nathaniel Attard, Risa Ellul, Nicole Mazzitelli, Estella Mercieca, Katoushka Mifsud and Neil Sant.
Backing vocals, musical arrangements, recordings and mixing: Phyllisiene Brincat at SWEET NOTES Recording Studios, Malta.
Lyrics:
------------------------------------------------------------------------------------
MIĊU L-QATTUS
Miċu l-Qattus
Par widnejn għall-ponta
U denbu tal-bellus.
Miċu l-Qattus
Miċu l-Qattus
Par widnejn għall-ponta
U denbu tal-bellus.
Iqum filgħodu kmieni
Mal-ewwel raġġ tax-xemx
Imur dawra bir-rota
Għax jgħid li isbaħ m’hemmx
Milli tgawdi n-natura
U tagħha tkun ħabib,
Għalhekk la jasal lura
Jixrob tazza ħalib!
Jixrob tazza ħalib!
Tan-natura ħabib
U għalhekk jixrob il-ħalib!
Glu glu glu glu glu glu glu glu
glu glu glu glu glu
Miċu l-Qattus
Miċu l-Qattus
Par widnejn għall-ponta
U denbu tal-bellus.
Miċu l-Qattus
Miċu l-Qattus
Par widnejn għall-ponta
U denbu tal-bellus.
Miċu lejn l-iskola
Kuljum imur kuntent
Iħobb jagħmel is-somom
U xi esperiment.
Jixtieq li meta jikber
Isir xjenzat famuż
U jsib mod effiċjenti
Kif jaqbad in-nemus!
Kif jaqbad in-nemus!
Isir xjenzat famuż
U jsib kif jaqbad in-nemus!
Biżż biżż biżż biżż biżż biżż biżż biżż
Biżż biżż biżż biżż biżż
(Instrumental)
Miċu l-Qattus
Miċu l-Qattus
Par widnejn għall-ponta
U denbu tal-bellus.
Miċu għandu tablet lewn il-fidda
Illi jieħdu miegħu kullimkien
Ħlief meta ma’ sħabu Fonzu u Lola
Joħorġu jilagħbu ġo xi ġnien.
U taf xi jwieġeb Miċu ’kk tistaqsih?
Anke l-kompjuter għandu bżonn jistrieħ.
Aaaaaaaaaaaaaaaaaaaa …
Miċu l-Qattus
Miċu l-Qattus
Par widnejn għall-ponta
U denbu tal-bellus.
Miċu l-Qattus
Miċu l-Qattus
Par widnejn għall-ponta
U denbu tal-bellus.
Miċu l-Qattus
Miċu l-Qattus
Par widnejn għall-ponta
U denbu tal-bellus.
Miċu l-Qattus
Miċu l-Qattus
Par widnejn għall-ponta
U denbu tal-bellus.
Par widnejn għall-ponta
U denbu tal-bellus.