EVER GREEN - BELAND
HTML-код
- Опубликовано: 8 ноя 2024
- Soċjeta' Mużikali Beland
Lirika
Minn dejjem kbar u hekk ser nibqgħu
Ħadna dil-fama mal-Maltin
U mhux ta’ b’xejn li ż-Żwieten bi ħġarhom magħna
Għax ġoż-Żejtun, l-aqwa każin
Kull sena qegħdin niġru bikom
U dan ma tistgħu tmeruh qatt
Qbadtu n-niżla minn fejn ma terġgħux lura
Għax magħna ma tħabbtuha qatt (X2)
Kemm gideb għidtu biex in-nies magħna ma jiġux
Iżda kas tagħkom ma jagħtux
Nimlew il-pjazza bin-nies ferħana nkantaw
U nħallu lilkom hemm tiċċassaw
Kull sena qegħdin niġru bikom
U dan ma jista’ jmerih ħadd
Qbadtu n-niżla minn fejn ma terġgħux lura
Għax magħna ma tħabbtuha qatt (X2)
Iż-żmien jgħaddi
U raġun qed jagħtina
Għax aħna ssudajna w intom fir-rovina
Banda soda
Soċjetà fuq saqajha
Mhux bħal tagħkom li qed tisfaxxaw
Morru staħbew ġewwa l-każin
Fejn tinsabu minsijin
Miż-Żwieten u l-Maltin
Tgħiru għalina bir-raġun
Għax m’hawnx bħalna fiż-Żejtun
Tal-Beland u ta’ l-iljun (X4)