Assumpta Est in Coelum. Festa H'Attard 2024. Josephine Ebejer Grech
HTML-код
- Опубликовано: 16 авг 2024
- Innu gdid fl-okkazzjoni tal-150 sena mill-vara f'H'Attard. Miktub minn Josephine Ebejer Grech u Mro Richard Bugeja. Festa H'Attard 2024
Assumpta Est in Coelum
Matul dan l-innu nesploraw
L-imħabba tal-Maltin
Lejn l-omm ta’ Kristu w tagħna wkoll
Li kibret tul is-snin
Minn meta l-anġlu Gabirjel
Ħabbrilha w hi tenniet
Li hi l-qaddejja tal-Mulej,
U sar li qatt stenniet
Omm il-Mulej
Omm il-Mulej
U saret ommna wkoll.
Kull Malti w Għawdxi tant devot
Tant tama fiha sab
Minn meta fis-sena sittin
San Pawl il-fidi ġab
Id-devozzjoni tant tqawwiet
Meta l-Assedju l-Kbir
Intrebaħ f’jum tagħha t-twelid
B’tant talb li kien isir
______
Fl-elf u ħames mija
Sena ħamsa w sittin
Fl-Assedju it-Torok
Dlonk sefgħu tellifin
Kemm ferħu l-Maltin
F’jum tagħha t-twelid
F’Settembru fit-tmienja
L-Maltin twieldu mill-ġdid
_______
Fis-sen’elf disa’ mija
Tnejn u erbgħin erġajt
Fil-ħmistax t’Awwissu
Mill-gwerra kont salvajt
Lilna il-Maltin
Ħlistna mit-tiġrib
Erġajna strejjaqna
Mill-bombi u t-tifrik
_______
Kemm inħobbuk
Kemm inħobbuk
Kull ġieħ lilek nagħtuk.
Bħal ma ħadt ħsieb ‘l Ġesu’ Bambin
F’ħajtek ġo Nazzaret
Ħadt ħsieb mhux biss lilna l-Maltin
Kull ġens f’kull kontinent
Mhux ta’ b’xejn Alla f’mewtek ried
Bil-ġisem jelevak
Tellgħek fis-sema bl-għola ġieħ
U dlonk inkurunak
Lirika: Josephine Ebejer Grech; Mużika: Richard Buġeja