Salve Regina kantata minn Josephine Ebejer Grech Festa H'Attard
HTML-код
- Опубликовано: 11 дек 2024
- Lirika Josephine Ebejer Grech
Muzika Mro Richard Bugeja
Sliem Għalik, Omm Ġesu’,
Li bil-grazzja qalbek tfur
Il-Mulej Onorak
Barka kbira lilek tak.
Imbierk’int Fost il-ġnus
U il-frott Tiegħek il-ġuf
Qaddis’int Ommna lkoll
Żommna f’tiegħek il-kontroll.
Sliem Għalik, Ġilju fin,
Farraġ lilna imniktin,
Tron tal-Għerf, Tina d-dawl
Ħalli s-sewwa nonoraw.
Dar tad-deheb, Tant prezjuż
Għalik biss, L-isbaħ vrus
Ngħannu daw’ l-innijiet
Int Sultana tas-Smewwiet
Salve Reġina, Idħol għalina
Bħal avukata, Ħnientek agħtina
Ja omm ta’ ħniena, U omm ta’ ħlewwa
Int tama tagħna, Fid-dnew u s-sewwa
Salve Reġina
Salve Reġina, Ħanina, Pija,
F’turrufnamenti, Verġni Marija
Lilek ingħajtu, Lilek nitniehdu
Omm ħelwa tagħna, Lilek nistiednu
Salve Reġina
Sliem Għalik, L-isbaħ xemx
Int sultana ta’ kull ġens
Il-Maltin u l-Għawdxin
Jgħannu lilek magħqudin
L-isbaħ xemx, Fl-isbaħ żmien
Toffri dawl kullimkien
Inqimuk u ngħożżuk
Int l-omm tagħna insibuk.
Lirika: Josephine Ebejer Grech
Mużika: Richard Buġeja