Innu lill-Madonna tal-Vitorja • Frans Xuereb
HTML-код
- Опубликовано: 3 дек 2024
- O Madonna tal-Vitorja
f’dan il-jum għażiż u kbir,
ġejna f’dan il-maqdes tiegħek
lilek nagħtu kull tifħir.
Ave, Ave, Ave Marija..
Ave, Ave, Ave Marija.
Lejk inħarsu bi tbissima
u bid-dmugħ ta' qalb ferħana,
għaliex bik dak li ħalaqna
beda I-pjan tal-fidwa tagħna.
Ave, Ave, Ave Marija..
Ave, Ave, Ave Marija.
Għax jekk nersqu lejk bil-qima
magħna tkun mirakoluża,
fuqna tferrex ħafna grazzji
mill-qalb tiegħek ġeneruża.
Ave, Ave, Ave Marija..
Ave, Ave, Ave Marija.
Fit-tifkira ta' twelidek
sabu faraġ l-imnikktin,
sabu r-rebħ missirijietna
fuq il-ġens tal-Misilmin.
Ave, Ave, Ave Marija..
Ave, Ave, Ave Marija.
Int urejt fi żmien I-imgħoddi
kemm int omm li tħobb I-ulied,
Ġejt iżżurna biex twissina
meta twiegħru ż-żminijiet.
Ave, Ave, Ave Marija..
Ave, Ave, Ave Marija.
Kompli għinna fit-taqbida
mas-setgħat tad-dlamijiet,
O Madonna tal-Vitorja,
O Sultana tas-smewwiet.
Ave, Ave, Ave Marija..
Ave, Ave, Ave Marija..
Ave, Ave, Ave Marija..
Ave, Ave, Ave Marija.