Episodju 112 ma' Josie Muscat

Поделиться
HTML-код
  • Опубликовано: 18 дек 2024

Комментарии •

  • @dturbo18
    @dturbo18 Год назад +4

    konversazzjoni eccellenti, nahseb l-aqwa episodju since always, Josie jaf x'qed jghid u jghidu b'sentiment!

  • @gianfrancostellini4526
    @gianfrancostellini4526 Год назад +4

    One of the best interviews. Very interesting discussion, with a passionate and intelligent person.

  • @kevincasha8241
    @kevincasha8241 Год назад

    Podcast interessanti u genwin tassew. Josie huwa bniedem ta' principji...ftit fadal bhalu illum.

  • @maurofarrugia8546
    @maurofarrugia8546 Год назад

    Podcast Eċċellenti!

  • @lsf71
    @lsf71 Год назад +4

    Kliem ta veru...kliem ta hsieb...ghal min jrid jisma u jaghmetti. Prosit Dr Muscat

  • @SahilSawant-td1pw
    @SahilSawant-td1pw Год назад +2

    Hey Jon Mallia , really nice video! I was wondering if I could help you edit your videos and also make a highly engaging Thumbnail which will help your video to reach to a wider audience .

  • @michaelportelli1868
    @michaelportelli1868 Год назад +3

    Ragel kbir.

  • @moonshadow080
    @moonshadow080 Год назад +1

    Ċerti sitwazzjonijiet fit-tqala huma rari vera, però ma jfissirx li ma jittieħdux stands għax dawn is-sitwazzjonijiet huma rari. Billi ma taf bl ebda każ, ma jfissirx li dan il-każi ma ġrawx. Ħafna drabi dawn in-nisa jkollhom isiefru jew jaraw kif se jirranġaw weħidhom.

  • @mariaannafarrugia5374
    @mariaannafarrugia5374 Год назад +2

    Josie vera li int business man illum. Imma ghandna nitkelmu min xhiex il pajjiz ghadda ghax tan naha l ohra jirrakkontaw dwar x gara kif jaqbel lilhom.

  • @PinkLlama13
    @PinkLlama13 Год назад +3

    Zewg punti fuq il-punt tal-immigrazzjoni. Ironika li imprendituri bhal Josie huma stess qed ikunu n-nies li jhaxxnu buthom minn fuq dahar l immigranti. Hemm mezz kif dawn l-imprendituri jiccekjaw li dawn il-persuni jafu l-Ingliz, per ezempju, u joffru lezzjonijiet tal-Malti bhala parti mill-pakkett tax-xoghol? Jew imbaghad il-kapitalizmu u l-flus jghamu 'l hekk imsejha "nazzjonalizmu"? 2. ma semmewx il-punt li Malta kienet dejjem kolonizzata minn imperi ohra - fis-sens li bhala poter politiku qabel l-indipendenza xorta kien hemm il-maggoranza tal-poter taht imperi barranin. Barraminnhekk, issemmew Franza, l-Olanda u l-Ingilterra: dawn kienu imperi enormi li hakmu nofs id-dinja u ghandom storja twila - ovjament li ghandhom sens ta' identita u ovjament ghandhom bliet multikulturali, wara li l-gnus li hakmu trabbew bil-kultura tal-kolonizzatur, li dan ha kemm seta mill-pajjiz u wara xi forma ta' indipendenza, hafna nies, specjalment zghazagh, kellhom imorru l-pajjiz tal-ex-kolonizzatur ghal "hajja ahjar" habba faqar etc. Insemmu lil Malta u l-Ingilterra biss biss, u d-dijaspora Maltija fl-Ingilterra. Nissuggerixxi l ktieb "Natives" ta' Akala ghal izjed hsibijiet fuq dal-punt. Biss, jekk ha nsemmu l-istorju, insemmu l-istorja kollha.

  • @markdebono8676
    @markdebono8676 Год назад

    Liem cittadin jixtieq li jkun il minoranza f pajjizu stess ???

  • @BlackCrowRider
    @BlackCrowRider Год назад

    Kumment rigward 1:00-1:15 fejn Josie jikkontradixxi lilu nnifsu. Il-businessman huwa żiemel...imma telqet il-moralità. Possibbli mhux qed jinduna li waħda tkompli ma l-oħra? Li kif qal Jon trid tkun businessman b'sens innat ta responsabbiltà u moralità ta madwarek? Eeeee però imbagħad qed ngħidu li naqqasna mil moralità. Bilfors! Jekk issa MMEXXIJJA MINN BUSINESSMEN?

  • @richardgalea9884
    @richardgalea9884 Год назад +2

    The rise and fall of the Roman Empire….by Gibbon.

  • @k9129
    @k9129 Год назад +1

    The birthrate imbalance debate is deeply flawed. At this point we got used to these paranoid arguments, which no matter what anyone says or thinks, lead only to far-right politics (as other countries outside the Maltese bubble clearly show). Why not ask why you see no teenage (16+) kids working in establishments anymore? What changed so radically in 10-15 years? A whole lot, granted. However, it's impossible that all Maltese teenage kids don't want to engage in some form of part-time work, which was the norm up until a few years ago.

  • @marioagius1561
    @marioagius1561 Год назад

    Jiddeciedi il pazjent ghal awtanasja jekk jkun f sensieh tajjeb jew hazin jarah alla fittxu dahluha jien l ewwel li inkun asap

  • @clairehollier905
    @clairehollier905 Год назад

    Abortion is the willful termination of pregnancy (whatever the reason, there might be justifiable reasons such as what Dr. Muscat described or less justifiable, but still term 'abortion').

  • @moonshadow080
    @moonshadow080 Год назад +2

    Dr Muscat, le mhux kull wild ġo ġuf hu mixtieq. Inutli tħares lejn it-tqala bħala xi ħaġa li kull mara tixtieq. Mhux kull mara tixtieq issir omm. U mhux kull mara tqila tħossha fis-sebgħa sema meta ssir taf li hi tqila. Forsi għax int (1)raġel (2)konservattiv li ma tistax tifhem li hemm nisa hemm barra li għandhom aspirazzjonijiet oħra milli jsiru ommijiet. Billi hemm nisa li lesti jbiegħu ġidhom biex ikollhom tarbija ma jfissirx li kull mara thossha hekk.

    • @monicacassar7803
      @monicacassar7803 Год назад

      Illum I’ll gurnata Kullhadd jaf x glandu jaghmel biex jippreveni milli Johorg tqil ghallek ma ghandux ikun l abort is-soluzzjoni.

  • @matthewcroker
    @matthewcroker Год назад +2

    Ta' injurant li jien, nemmen li l-argument kollu dwar il-preservazzjoni tal-identita` Maltija ma jieqafx mal-birth rate.
    Id-demm Malti thallat maz-zmien, u dak huwa s-sbuhija tieghu. Jiena gej minn familja li thaltet ma' demm Ingliz fil-passat, il-buznannu tieghi Ingliz, imma llum il-gurnata la jien u l-anqas hadd minn familti ma nqis bhala Inglizi. Bl-istess mod, ghandi hbieb tieghi li minkejja li m'ghandhomx qattra demm Maltija f'demmhom, jitkelmu bil-Malti aqwa minn skoss Maltin "puri" u li ghalija huma Maltin daqsi.
    Tradizzjonalment, Malta dejjem kienet f'nofs passa ta' gnus ikbar huma u jinnegozzjaw u jitqatlu fil-bahar. Il-famuz assedju li erbahna fl-1565 il-Maltin iggilidnih biswit Griegi, Sqallin, Francizi, Spanjoli - u llum inhossuha bhala rebha Maltija. It-tahlita sabiha ta' kunjomijiet li ghandna turi li maz-zmien, sa ricentissimu, thallatna u addottajna, u konna kuntenti naghmluha.
    Illum qed nitkelmu qisna ahna xi razza li waqajna minn Kripton u issa gejjin aljeni ohrajn jinvaduna. Is-sabih ta' Malta kien li dejjem thallatna b'mod organiku, influwenzati min-negozju u l-geopolika prevalenti ta' kull zmien. Il-problema veru hi li t-tahlita li ghamilna issa mhix organika.
    Biex niehdu hsieb li l-Bandiera Maltija tibqa' fil-quccata u mhux dik "tal-Bangladesh", irridu nuru ghozza u rispett lejha qabel kollox. Qed nimpurtaw il-haddiema bhalma nimpurtaw iz-zraben jew il-hwejjeg. Dawn qed ingibuhom biex jahdmu xoghlijiet, li probabli ahna ma rridux naghmlu. Fl-ebda punt mill-process ma niehdu hsieb li dawn il-haddiema, li qed jaghmlu xoghol siewi ghall-ekonomija, jintegraw. Li jitkelmu bil-Malti. Li nghallmuhom fuq l-istorja taghna. Tajjeb li dawn id-dar jitkelmu bir-Russu, bis-Serb, b'xi lingwa minn ta' l-Indja, bl-Urdu, bil-Bangladexi u bil-bqija - il-Malti b'hekk sar il-lingwa sabiha li hu llum. Imma tajjeb li jkunu jafu jitkelmu sew il-Malti ukoll.
    Tajjeb li jigu ghall-festi u jixorbu flixkun Kinnie maghna, u jekk ihossuhom komdu jieklu xi ikla spaghetti bil-fenek maghna.
    U min jaf, forsi ghada pit ghada, ir-ricetta tal-istuffat tal-fenek ikollha xi hwawar li ziedu maghhom huma. Forsi nibdew nieklu xi lampuka mixwija biz-zejt, u b'xi chili li jimlilek qalbek bix-xemx Maltija int u ttaffi l-ugiegh fuq ilsienek b'tazza inbid tajba.
    U forsi minnhom nitghallmu inkunu pacenzjuzi u rispettuzi lejn l-ambjent u l-fawna, mhux biss furnelli Mediterranji.

    • @sebastianvella8992
      @sebastianvella8992 Год назад +1

      Sal-2010 85% tal-Maltin kienu ġejjin mill-Maltin imniżżla fil-lista tad-dejma tal-1419 u dan nafuh mill-kunjomijiet. Dak ifisser li tul kważi 600 sena jew sitt sekli 15% biss tal-popolazzjoni tħallet ma' nies oħra li ġew minn barra u kien għalhekk li dawn in-nies stajna nassorbuhom fil-kultura Maltija. Mill-2013 l'hawn żdiedu mal-150,000 ruħ minn kull pajjiż, kultura u reliġjon u dawn huwa kważi impossibli tassorbihom fil-kultura tagħna fi ftit snin iżda trid ġenerazzjonijiet u ċerti kulturi kif wieħed jista' jara minn pajjiżi oħra forsi qatt.

    • @matthewcroker
      @matthewcroker Год назад

      @@sebastianvella8992 naqbel, impossibli tassorbihom organikament ghax huwa influss totalment inorganiku. Ghalhekk nemmen li trid tkun strategija shiha ta' integrazzjoni.

    • @sebastianvella8992
      @sebastianvella8992 Год назад

      L-istrateġija għaqlija għandha tkun waħda ta' rimpatrijazzjoni u mhux integrazzjoni.@@matthewcroker

  • @stephencauchi8813
    @stephencauchi8813 Год назад

    Prosit tassew!!!