Janice Mangion - 175 Sena Fostna
HTML-код
- Опубликовано: 3 дек 2024
- Id-diska Uffiċċjali tal- 175 sena anniversarju mill-wasla tal-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu fir-raħal taż-Żurrieq.(1842 - 2017)
Il-Lirika ta' Joe Julian Farrugia
Il-Mużika ta' Paul Abela
175 SENA FOSTNA
Imbierka ħidmet missirijietna
jirringrazzjahom kull Karmelitan
għaqlija kienu fid-deċiżjoni
jordnaw l-istatwa t’Omm is-Setgħan.
Inaqqax qabbdu artist mill-iprem
lil Salvu Psaila, il-kbir skultur,
b’idejn ta’ ħila mnebbħin mis-sema
għaddielna xbieha kapolavur.
Ref: Mija, ħamsa u sebgħin sena
fostna mseħbin,
ta’ raħalna meravilja,
biha msaħħrin.
Kif iżżejjen kull fejn tgħaddi;
kull pjazza u triq,
għajta waħda insejħulha...
Ġmiel iż-Żurrieq!
Fost l-isbaħ vari ta’ Malta u Għawdex
fi ħdanha l-Iben, Re tal-ħolqien
ħarsitha tħenn għal kull qalb muġugħa
bil-labtu turi triq il-ġejjien.
Fix-xahar ta’ Lulju warajha ssibna
hekk kif triqatna mżejnin iddur
lill-morda ssabbar u lill-familji
fl-imħabba tfewwaħ b’tal-ġenna l-fjur
Ref: Mija, ħamsa u sebgħin sena eċċ…