L-UŻU TAS-SEATBELT 62 SENA WARA
HTML-код
- Опубликовано: 2 ноя 2024
- ONE.COM.MT • L-użu tas-seatbelt, minkejja li hi miżura ta’ prekawzjoni li tista’ ssalva l-ħajja, għadu ta’ wġigħ ta’ ras tnejn u sittin sena wara mindu dan l-aċċessorju ġie introdott fis-suq u għadu prattikament simili għal dakinhar.
Anke l-forzi tal-ordni madwar id-dinja, inkluż f’pajjiżna, għadhom jiltaqgħu ma’ min ma jobdiex il-liġi, li tobbliga lix-xufiera u lill-passiġġieri fil-vetturi biex jużaw is-seatbelt.
KITBA: JAVIER CARUANA
FILMAT: ARKIVJI
Minkejja l-iżviluppi li saru fis-sigurtà fit-toroq u fil-karozzi tagħna, wieħed mill-aċċessorji kruċjali li jrid jintuża b’obbligu - is-seatbelt - jibqa’ għal xi wħud ma jitteħidx bis-serjetà, anke jekk dan kapaċi jsalva l-ħajja ta’ dak li jkun.
Dan anke jekk is-seatbelt, kif nafuha llum, iddaħħlet fis-suq mas-sittin sena ilu mill-kumpanija Volvo u sussegwentement bdiet tintuża minn kull manifattur tal-vetturi ftit wara sakemm saret obbligatorja prattikament fid-dinja kollha.
Meqjus l-ammont ta’ snin mit-twelid tagħha u l-benefiċċji kollha li jegħlbu l-iżvantaġġi jew ir-riperkussjonijiet, jekk ma tkunx liebes waħda, l-ammont ta’ ksur tal-liġi f’dan ir-rigward għadu sostanzjali. Kull sena, anke f’pajjiżna, jiġu rrapportati ammont konsiderevoli ta’ kontravenzjonijiet li huma relatati speċifikament ma’ dan l-aġir meqjus irresponsabbli.
Kien fl-10 ta’ Lulju tal-1962 meta fl-Istati Uniti ġie rreġistrat disinn ġdid tas-seatbelt magħruf bħala l-V-type three-point safety belt għall-karozzi mill-Inġinier Żvediż Nils Bohlin. Sa dak iż-żmien is-seatbelt kienet tradizzjonalment two-point seatbelt, li, iżda, f’aċċidenti serji kienet tikkawża danni interni kbar fl-istonku tal-persuna, li setgħu jirriżultaw anke fatali.
L-innovazzjoni ta’ Bohlin, li sal-lum baqgħet bl-istess kunċett, dan kollu evitatu u l-persuna ma ssofri l-ebda ġrieħi li jistgħu wkoll ipoġġulha ħajjitha f’riskju.
L-użu mandatorju tas-seatbelt kien daħal fis-seħħ l-ewwel fir-Renju Unit fl-1983. Fl-Istati Uniti, il-liġi mandatorja għall-użu tas-seatbelts bdiet sena wara, l-ewwel fl-Istat ta’ New York. F’Malta, il-liġi għall-ilbies mandatorju tas-seatbelt ma daħlitx qabel l-2003.
F’pajjiżna, skont l-aħħar statistika pubblika disponibbli ta’ ftit tas-snin ilu, jirriżulta li l-għadd ta’ kontravenzjonijiet relatati man-nuqqas ta’ użu tas-seatbelt kien ilaħħaq għal medja ta’ 445 multa fix-xahar.
Dan anke jekk spiss isiru appelli u kampanji nazzjonali biex tiġi protetta l-ħajja waqt is-sewqan, kif għandu jkun.